Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat ta' l-Eurosistema tat-3 ta' Ġunju 2005

7 ta' Ġunju 2005

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Ġunju 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 141 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu tlieta mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barraninija (partiti nri. 2 u 3 ta’ l-attiv barra mill-partiti nri. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess jiġifieri EUR 159.5 biljun.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal-EUR 83.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 517.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 59.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv barra mill-partiti nri. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 10.7 biljun għal EUR 371.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Ġunju 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  271 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 281.5 biljun.

Ir-rikors għall-faċilità ta’ self marġinali (partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun, jiġifieri bejn wieħed u ieħor l-istess bħal tal-ġimgħa ta’ qabel.

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, l-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.7 biljun għal EUR 145.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 127,116 −141
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 155,559 476
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 22,309 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,250 480
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 20,147 −65
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,385 396
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 9,385 396
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 371,994 10,791
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 281,501 10,500
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 90,002 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 469 273
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 22 18
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,532 −242
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 83,191 245
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 41,181 0
9 Assi oħra 129,045 909
Assi Totali 940,150 12,369
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 517,069 5,158
2 Obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 146,003 1,695
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 145,890 1,652
2.2 Faċilità ta’ depożitu 113 44
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 141 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,077 5,119
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,190 4,847
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,887 272
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,192 −196
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 215 −18
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 10,268 427
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,268 427
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,701 0
10 Passiv ieħor 54,197 184
11 Kont tar-rivalutazzjoni 71,961 0
12 Kapitali u riżervi 58,326 0
Total tal-passiv 940,150 12,369
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja