STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jadotta opinjoni dwar il-ħatra tal-Viċi President futur tiegħu

7 ta’ Marzu 2018
  • Il-Kunsill Governattiv m'għandu ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost Luis de Guindos

Fil-laqgħa tal-lum, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, is-Sur Luis de Guindos, li hu persuna rikonoxxuta u għandu esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji, kif meħtieġ mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u opinjoni tal-Parlament Ewropew, il-Viċi President il-ġdid tal-BĊE se jinħatar mill-Kunsill Ewropew.

L-opinjoni tal-Kunsill Governattiv, li se tiġi ppubblikata dalwaqt fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, se tkun disponibbli fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.

Legal framework

Kuntatti midja