STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

il-BĊE jippubblika r-Regolament dwar it-tariffi superviżorji

30 ta' Ottubru 2014
  • Ir-Regolament dwar it-tariffi superviżorji jistabbilixxi kif il-BĊE se jirkupra l-ispejjeż tiegħu marbuta mas-superviżjoni tas-settur bankarju koperta bil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU)
  • Il-BĊE se jieħu f’idejh għalkollox il-kompiti superviżorji tiegħu fl-4 ta’ Novembru 2014

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ippubblika r-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji. Ir-regolament ġie approvat mill-Kunsill Governattiv wara konsultazzjoni pubblika li kienet tinkludi laqgħa pubblika. Il-BĊE se jieħu f’idejh is-superviżjoni tal-banek fl-4 ta’ Novembru 2014 bħala parti mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). Ir-regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li bihom il-BĊE se jiġbor tariffa superviżorja annwali għall-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-kompiti ġodda tiegħu.

Ir-regolament jirrifletti l-kummenti li waslu mingħand il-partijiet interessati waqt il-konsultazzjoni pubblika. Dawn it-tweġibiet, flimkien ma’ stqarrija bir-reazzjonijiet, u r-Regolament tal-BĊE dwar it-tariffi superviżorji ġew ippubblikati wkoll fil-websajt tal-BĊE.

Skont ir-Regolament tal-UE li jirregola l-MSU (ir-Regolament MSU) il-BĊE huwa mitlub jiġbor tariffa superviżorja annwali mingħand il-banek kollha suġġetti għas-superviżjoni biex jirkupra l-ispejjeż tiegħu marbuta mas-superviżjoni.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel lil Rolf Benders (+49 69 1344 6925).

Feedback statement

  • Responses to the public consultation on the draft Regulation of the European Central Bank on supervisory fees, en

Kuntatti midja