STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jxandar kalendarju indikattiv tal-Laqgħat tal-Kunsill Governattiv u l-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015

17 ta' Lulju 2014
  • Il-BĊE jxandar kalendarju ġdid għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv b’intervall ta’ sitt ġimgħat għal-laqgħat tal-politika monetarja
  • Kalendarju aġġornat għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015
  • It-12-il perjodu taż-żamma tar-riżervi tal-2014 se jitwal b’14-il jum u jintemm fis-27 ta’ Jannar 2015

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed ixandar kalendarju indikattiv għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015.

Il-Kunsill Governattiv dan ix-xahar ħa d-deċiżjoni li l-laqgħat iddedikati għall-politika monetarja se jibdew isiru kull sitt ġimgħat minflok darba kull xahar minn Jannar 2015.

Għalhekk, il-perjodi taż-żamma tar-riżervi se jitwalu għal madwar sitt ġimgħat ukoll. Il-kalendarju l-ġdid sar b’mod li l-bidu tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi ġie jaqbel mal-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-politika monetarja li jistgħu jittieħdu. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma mitluba jżommu ammont minimu, li bħalissa huwa 1% tal-bażi tar-riżervi tagħhom, fil-kontijiet kurrenti li għandhom mal-Eurosistema. Dan ir-rekwiżit irid jintlaħaq bħala medja fuq it-tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi.

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv 2015 (fil-bini tal-BĊE fi Frankfurt sakemm m’hemmx indikat mod ieħor):

Data tal-laqgħa Kummenti
L-Erbgħa 7 ta’ Jannar 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 22 ta’ Jannar 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 4 ta’ Frar 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 18 ta’ Frar 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 5 ta’ Marzu 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa (Ċipru)
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 1 ta’ April 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 15 ta’ April 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 17 ta’ Ġunju 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 16 ta’ Lulju 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 5 ta’ Awwissu 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 3 ta’ Settembru 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 7 ta’ Ottubru 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 22 ta’ Ottubru 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa (Malta)
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
L-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja
Il-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2015 Laqgħa tal-politika monetarja u konferenza stampa
L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru 2015 Laqgħa m’għandhiex x’taqsam mal-politika monetarja

Minħabba din l-iskeda, it-12-il perjodu taż-żamma tar-riżervi tal-2014 se jitwal b’14-il jum u jintemm fis-27 ta’ Jannar 2015. Il-kalendarju indikattiv għall-perjodi taż-żamma tar-riżervi (PŻ) fl-2015 jidher hawn taħt.

Laqgħa tal-Kunsill Governattiv Bidu tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi Tmiem tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull xahar Dejta tal-bażi tar-riżervi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrappurtaw kull trimestru Tul tal-perjodu taż-żamma tar-riżervi (jiem)
1 22 ta’ Jannar 2015 28 ta’ Jannar 2015 10 ta’ Marzu 2015 Novembru 2014 Settembru 2014 42
2 5 ta’ Marzu 2015 11 ta’ Marzu 2015 21 ta’ April 2015 Jannar 2015 Diċembru 2014 42
3 15 ta’ April 2015 22 ta’ April 2015 9 ta’ Ġunju 2015 Frar 2015 Diċembru 2014 49
4 3 ta’ Ġunju 2015 10 ta’ Ġunju 2015 21 ta’ Lulju 2015 April 2015 Marzu 2015 42
5 16 ta’ Lulju 2015 22 ta’ Lulju 2015 8 ta’ Settembru 2015 Mejju 2015 Marzu 2015 49
6 3 ta’ Settembru 2015 9 ta’ Settembru 2015 27 ta’ Ottubru 2015 Lulju 2015 Ġunju 2015 49
7 22 ta’ Ottubru 2015 28 ta’ Ottubru 2015 8 ta’ Diċembru 2015 Awwissu 2015 Ġunju 2015 42
8 3 ta’ Diċembru 2015 9 ta’ Diċembru 2015 26 ta’ Jannar 2016 Ottubru 2015 Settembru 2015 49

Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jċempel lil Stefan Ruhkamp (+49 69 1344 5057).

Events

  • Calendars for the Eurosystem's regular tender operations

Kuntatti midja