STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jiddeċiedi dwar tqassim mill-ġdid tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu

4 ta' Frar 2014

Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ftiehem dwar it-tqassim li ġej tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu, b’effett immedjat:

Mario Draghi, President

  • Komunikazzjoni u Servizzi Lingwistiċi
  • Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv
  • Segretarjat tal-BERS
  • Verifika Interna
  • Segretarjat

Vítor Constâncio, Viċi President

  • Amministrazzjoni (inkluż il-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE)
  • Politika Makroprudenzjali u Stabbiltà Finanzjarja
  • Sistemi tal-Informatika
  • Riċerka

Benoît Coeuré

  • Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej
  • Operazzjonijiet tas-Suq
  • Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament
  • Rappreżentanza Permanenti f’Washington, DC

Sabine Lautenschläger

  • Viċi President tal-Bord Superviżorju [1]
  • Servizzi Legali għal kwistjonijiet dwar il-MSU (b’koordinazzjoni ma’ Yves Mersch)
  • Statistika

Yves Mersch

  • Karti tal-flus
  • Servizzi Legali
  • Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq
  • Ġestjoni tar-Riskji
  • TARGET2-Securities

Peter Praet

  • Ekonomija
  • Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni


[1]Proposta mill-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 26.3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.

Kuntatti midja