STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

7 ta' Novembru 2013

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa dawn id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’25 punt bażi għal 0.25% mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fit-13 ta’ Novembru 2013.
  2. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’25 punt bażi għal 0.75% b’seħħ mit-13 ta’ Novembru 2013.
  3. Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tad-depożitu se tibqa’ 0.00%.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Press conference

Kuntatti midja