STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
The information published on this page has been changed from the original version.

Il-BĊE biħsiebu jirdoppja s-sehem tan-nisa f’karigi għolja

29 ta' Awissu 2013

Il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħa d-deċiżjoni li jintroduċi miri għall-impjegati nisa bil-għan li jirdoppja s-sehem tagħhom fl-amministrazzjoni.

Sa tmiem l-2019, 35% tal-karigi fl-amministrazzjoni intermedja (Kapijiet tad-Diviżjonijiet, Deputati Kapijiet tad-Diviżjonijiet, Kapijiet tat-Taqsimiet, Konsulenti Ewlenin u Konsulenti) u fl-amministrazzjoni għolja (Diretturi Ġenerali, Deputati Diretturi Ġenerali, Diretturi u Konsulenti Prinċipali) għandhom ikunu okkupati min-nisa. Għall-karigi fl-amministrazzjoni għolja biss, il-mira hija ta’ 28%.

Is-sehem totali tan-nisa fil-karigi tal-amministrazzjoni bħalissa jilħaq 17% filwaqt li n-nisa jokkupaw 14% tal-karigi fl-amministrazzjoni għolja. Sabiex jintlaħqu l-miri ġodda, il-BĊE qiegħed jimplimenta pjan ta’ azzjoni għad-diversità fost l-impjegati rġiel u nisa.

Kuntatti midja