STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Aġġustamenti fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE minħabba t-tkabbir tal-UE

1 ta' Lulju 2013

Il-Bank Ċentrali Ewropew illum ħabbar l-aġġustamenti fl-iskema tal-kapital tiegħu u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Bi qbil mal-Artikolu 29 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, is-sehem tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE huwa ppeżat skont is-sehem tal-Istat Membru rispettiv mit-total tal-popolazzjoni u tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea, fi proporzjon indaqs, kif notifikat lill-BĊE mill-Kummissjoni Ewropea. Il-piżijiet jiġu aġġustati kull ħames snin jew kull meta jissieħeb Stat Membru ġdid fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk illum sar tibdil fl-iskema tal-kapital tal-BĊE minħabba li l-Kroazja ssieħbet fl-Unjoni Ewropea u l-bank ċentrali nazzjonali tagħha, Hrvatska narodna banka, sar membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ).

Bi qbil mal-Artikolu 48.3 tal-Istatut, il-kapital sottoskritt tal-BĊE jiżdied awtomatikament meta pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea u l-bank ċentrali nazzjonali tiegħu jsir membru tas-SEBĊ. Iż-żieda tiġi determinata billi jiġi multiplikat l-ammont attwali tal-kapital sottoskritt (i.e. EUR 10,760,652,402.58) bil-proporzjon, fl-iskema estiża tal-kapital, bejn il-piż tal-bank ċentrali nazzjonali li jkun qiegħed jissieħeb u l-piż tal-banek ċentrali nazzjonali li jkunu diġà membri. Għalhekk, mil-lum il-kapital sottoskritt tal-BĊE żdied għal EUR 10,825,007,069.61.

Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema jridu jħallsu l-ammont sħiħ tal-kapital sottoskritt tagħhom. Il-11-il bank ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro (fosthom Hrvatska narodna banka) iridu jħallsu perċentwali żgħir mis-sehem tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE (li mid-29 ta’ Diċembru 2010 huwa ta’ 3.75%) bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-BĊE. L-ishma l-ġodda tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tal-kapital tal-BĊE jidhru hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-BĊE jinsabu fil-websajt tal-BĊE u iżjed ’il quddiem se jixxandru f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) mill-1 ta’ Jannar 2009 Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) mill-1 ta’ Lulju 2013 Sehem sottoskritt tal-kapital (EUR) mill-1 ta’ Lulju 2013 Kapital imħallas (EUR) mill-1 ta’ Lulju 2013
Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique 2.4256 2.4176 261,705,370.91 261,705,370.91
Deutsche Bundesbank 18.9373 18.7603 2,030,803,801.28 2,030,803,801.28
Eesti Pank 0.1790 0.1780 19,268,512.58 19,268,512.58
Banc Ceannais na hÉireann / Central Bank of Ireland 1.1107 1.1111 120,276,653.55 120,276,653.55
Bank of Greece 1.9649 1.9483 210,903,612.74 210,903,612.74
Banco de España 8.3040 8.2533 893,420,308.48 893,420,308.48
Banque de France 14.2212 14.1342 1,530,028,149.23 1,530,028,149.23
Banca d’Italia 12.4966 12.4570 1,348,471,130.66 1,348,471,130.66
Central Bank of Cyprus 0.1369 0.1333 14,429,734.42 14,429,734.42
Banque centrale du Luxembourg 0.1747 0.1739 18,824,687.29 18,824,687.29
Bank Ċentrali ta’ Malta 0.0632 0.0635 6,873,879.49 6,873,879.49
De Nederlandsche Bank 3.9882 3.9663 429,352,255.40 429,352,255.40
Oesterreichische Nationalbank 1.9417 1.9370 209,680,386.94 209,680,386.94
Banco de Portugal 1.7504 1.7636 190,909,824.68 190,909,824.68
Banka Slovenije 0.3288 0.3270 35,397,773.12 35,397,773.12
Národná banka Slovenska 0.6934 0.6881 74,486,873.65 74,486,873.65
Suomen Pankki – Finlands Bank 1.2539 1.2456 134,836,288.06 134,836,288.06
Subtotal għall-grupp ta’ banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro 69.9705 69.5581 7,529,669,242.49 7,529,669,242.49
Българска народна банка (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija) 0.8686 0.8644 93,571,361.11 3,508,926.04
Česká národní banka 1.4472 1.4539 157,384,777.79 5,901,929.17
Danmarks Nationalbank 1.4835 1.4754 159,712,154.31 5,989,205.79
Latvijas Banka 0.2837 0.2742 29,682,169.38 1,113,081.35
Lietuvos bankas 0.4256 0.4093 44,306,753.94 1,661,503.27
Magyar Nemzeti Bank 1.3856 1.3740 148,735,597.14 5,577,584.89
Narodowy Bank Polski 4.8954 4.8581 525,889,668.45 19,720,862.57
Banca Naţională a României 2.4645 2.4449 264,660,597.84 9,924,772.42
Sveriges riksbank 2.2582 2.2612 244,775,059.86 9,179,064.74
Bank of England 14.5172 14.4320 1,562,265,020.29 58,584,938.26
Subtotal għall-grupp preċedenti ta’ banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro 30.0295 29.8474 3,230,983,160.09 121,161,868.50
Hrvatska narodna banka - 0.5945 64,354,667.03 2,413,300.01
Subtotal għall-grupp ġdid ta’ banek ċentrali nazzjonali barra ż-żona tal-euro 0 0.5945 64,354,667.03 2,413,300.01
Total [1] 100.0000 100.0000 10,825,007,069.61 7,653,244,410.99


[1]Iċ-ċifri magħduda jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.

Kuntatti midja