STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

3 ta' Jannar 2012

Fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu, il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ftiehem fuq it-tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu, b’effett immedjat, sakemm ma jingħadx mod ieħor:

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala President tal-Bord Eżekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali, il-President, is-sur Mario Draghi, sejjer jibqa’ responsabbli għall-Komunikazzjonijiet; għall-Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv; għas-Segretarjat tal-BERS; għall-Verifika Interna; u għas-Segretarjat u s-Servizzi Lingwistiċi.

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala deputat tal-President, il-Viċi President, is- Sur Vítor Constâncio, sejjer jibqa’ responsabbli għall-Amministrazzjoni (bl-eċċezzjoni tal-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE) u għall-Istabbiltà Finanzjarja. Barra minn dan, ser ikun responsabbli għas-Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament.

Is-Sur Jörg Asmussen ser ikun responsabbli għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej. Flimkien mar-rwol tiegħu bħala rappreżentat tal-BĊE fil-laqgħat internazzjonali, huwa ser jirrappreżenta l-BĊE fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Eurogroup u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u ser jattendi mal-President jew il-Viċi President il-laqgħat tal-Eurogroup, ECOFIN, u tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern fil-livell tal-UE u taż-żona tal-euro. Barra minn hekk, ser ikun responsabbli għas-Servizzi Legali, għall-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE u għar-Rappreżentanza Permanenti f’Washington, DC.

Is-sur Benoît Cœuré ser ikun responsabbli, mill-1 ta’ Marzu 2012, għall-Operazzjonijiet tas-Suq u, b’effett immedjat, għas-Sistemi ta’ Informazzjoni u Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq.

Is-Sur José Manuel González-Páramo ser ikun responsabbli, sad-29 ta’ Frar 2012, għall-Operazzjonijiet tas-Suq u, b’effett immedjat, għar-Riċerka, għall-Istatistika, l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tar-Riskju u tal-Karti tal-Flus.

Is-sur Peter Praet ser ikun responsabbli għall-Ekonomija, għar-Riżorsi Umani, għall-Baġit u l-Organizzazzjoni u l-Programm TARGET2-Titoli.

Anness

Mario Draghi, President

  • Komunikazzjonijiet
  • Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv
  • Segretarjat tal-BERS
  • Verifika Interna
  • Segretarjat u s-Servizzi Lingwistiċi

Vítor Constâncio, Viċi President

  • Amministrazzjoni (bl-eċċezzjoni tal-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE)
  • Stabbiltà Finanzjarja
  • Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament

Jörg Asmussen

  • Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej
  • Servizzi Legali
  • Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE
  • Rappreżentanza Permanenti f’Washington, DC

Benoît Coeuré

  • Sistemi ta’ Informazzjoni
  • Operazzjonijiet tas-Suq mill-1 ta’ Marzu 2012
  • Pagamenti u l-Infrastruttura tas-Suq

José Manuel González-Páramo

  • Karti tal-flus
  • Operazzjonijiet tas-Suq sad-29 ta’ Frar 2012
  • Riċerka
  • Uffiċċju tal-Ġestjoni tar-Riskju
  • Statistika

Peter Praet

  • Ekonomija
  • Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni
  • TARGET2-Titoli

Kuntatti midja