STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

opinjoni tal-kunsill governattiv tal-bċe dwar il-ħatra ta’ membru ġdid tal-bord eżekuttiv tal-bċe

8 ta' Diċembru 2011

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta opinjoni dwar rakkomandazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ħatra ta’ membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Il-Kunsill Governattiv ma kellu l-ebda oġġezzjoni għall-kandidat propost, Benoît Cœuré, persuna rikonoxxuta li għandha esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji jew bankarji, kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv u l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, id-deċiżjoni dwar il-ħatra għandha tittieħed mill-Kunsill Ewropew, bil-voti tal-membri li huma fiż-żona tal-euro.

L-opinjoni tal-BĊE, li ma ddumx ma tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tinsab fil-websajt tal-BĊE bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Legal framework

Kuntatti midja