STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

8 ta' Diċembru 2011

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’25 punt bażi għal 1.00%, mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fl-14 ta’ Diċembru 2011.
  2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’25 punt bażi għal 1.75%, b’seħħ mill-14 ta’ Diċembru 2011.
  3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tonqos b’25 punt bażi għal 0.25%, b’seħħ mill-14 ta’ Diċembru 2011.

Il-President tal-BĊE se jikkummenta dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li se tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Press conference

Kuntatti midja