STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

7 ta' Lulju 2011

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 1.50%, mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fit-13 ta’ Lulju 2011.
  2. 2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 2.25%, b’seħħ mit-13 ta’ Lulju 2011.
  3. 3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 0.75%, b’seħħ mit-13 ta’ Lulju 2011.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.

Press conference

Kuntatti midja