STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Skedi tal-Laqgħat tal-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2012 u l-2013

20 ta' April 2011

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li fis-snin 2012 u 2013, il-laqgħat tiegħu, bħala regola ġenerali, se jibqgħu jsiru darbtejn fix-xahar, nhar ta’ Ħamis. Hemm eċċezzjonijiet għal din ir-regola minħabba okkażjonijiet ta’ vaganzi speċjali u biex tiġi żgurata sekwenza effiċjenti ta’ laqgħat meta l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali jaħbtu fl-istess ġimgħa bħal-laqgħat tal-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS).

Bħala regola, il-Kunsill Governattiv se jkompli jivvaluta l-orjentament tal-politika monetarja għaż-żona tal-euro biss fl-ewwel laqgħa tax-xahar. Għalhekk, id-deċiżjonijiet dwar ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE normalment jittieħdu waqt din il-laqgħa. Kull meta jiltaqa’ għat-tieni darba fl-istess xahar, il-Kunsill Governattiv jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dmirijiet u responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-Eurosistema. Naturalment, jekk ikun meħtieġ, il-Kunsill Governattiv jista’ jivvaluta l-orjentament dwar il-politika monetarja u jiddeċiedi li jbiddel ir-rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE fi kwalunkwe ħin, irrispettivament minn meta jsiru l-laqgħat skedati minn qabel. L-iskeda tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv għall-2012 u l-2013 tqis ukoll il-fatt li l-perjodi taż-żamma tar-riżervi jibdew fil-jum tal-ħlas tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament li jiġi wara l-laqgħa tal-Kunsill Governattiv li fiha tkun skedata l-valutazzjoni ta’ kull xahar tal-orjentament tal-politika monetarja.

Skont il-prattika stabbilita, żewġ laqgħat tal-Kunsill Governattiv se jerġgħu jsiru barra minn Frankfurt, kemm fl-2012 kif ukoll fl-2013. Fl-2012, l-ewwel waħda, fit-3 ta’ Mejju, se tkun ospitata mill-Banco de España u t-tieni waħda, fl-4 ta’ Ottubru, se tkun ospitata mill-Banka Slovenije. Fl-2013, l-ewwel waħda, fit-2 ta’ Mejju, se tkun ospitata min-Národná banka Slovenska u t-tieni waħda, fit-2 ta’ Ottubru, se tkun ospitata mill-Banque de France.

Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE se jkompli jiltaqa’ kull tliet xhur. Ġie deċiż li kull meta laqgħa tal-Kunsill Ġenerali taħbat ma’ laqgħa tal-Kunsill Governattiv, il-laqgħa tal-Kunsill Governattiv issir l-Erbgħa wara nofsinhar waqt li l-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali ssir il-Ħamis filgħodu.

Fl-aħħarnett, se tinżamm is-sistema attwali għall-konferenzi stampa regolari tal-BĊE, jiġifieri dawn isiru wara l-ewwel laqgħa tax-xahar tal-Kunsill Governattiv.

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2012

12 ta’ Jannar 2012

26 ta’ Jannar 2012

9 ta’ Frar 2012

23 ta’ Frar 2012

8 ta’ Marzu 2012

21 ta’ Marzu 2012

4 ta’ April 2012

19 ta’ April 2012

3 ta’ Mejju 2012 (ospitata mill-Banco de España)

16 ta’ Mejju 2012

6 ta’ Ġunju 2012

20 ta’ Ġunju 2012

5 ta’ Lulju 2012

19 ta’ Lulju 2012

2 ta’ Awwissu 2012

6 ta' Settembru 2012

19 ta’ Settembru 2012

4 ta’ Ottubru 2012 (ospitata mill-Banka Slovenije)

18 ta’ Ottubru 2012

8 ta’ Novembru 2012

22 ta’ Novembru 2012

6 ta’ Diċembru 2012

19 ta’ Diċembru 2012

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2012

22 ta’ Marzu 2012

21 ta’ Ġunju 2012

20 ta’ Settembru 2012

20 ta’ Diċembru 2012

Konferenzi stampa fl-2012

12 ta’ Jannar 2012

9 ta’ Frar 2012

8 ta’ Marzu 2012

4 ta’ April 2012

3 ta’ Mejju 2012 (ospitata mill-Banco de España)

6 ta’ Ġunju 2012

5 ta’ Lulju 2012

2 ta’ Awwissu 2012

6 ta’ Settembru 2012

4 ta’ Ottubru 2012 (ospitata mill-Banka Slovenije)

8 ta’ Novembru 2012

6 ta’ Diċembru 2012

Laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE fl-2013

10 ta’ Jannar 2013

24 ta’ Jannar 2013

7 ta’ Frar 2013

21 ta’ Frar 2013

7 ta’ Marzu 2013

20 ta’ Marzu 2013

4 ta’ April 2013

18 ta’ April 2013

2 ta’ Mejju 2013 (ospitata min-Národná banka Slovenska)

16 ta’ Mejju 2013

6 ta’ Ġunju 2013

19 ta’ Ġunju 2013

4 ta’ Lulju 2013

18 ta’ Lulju 2013

1 ta’ Awwissu 2013

5 ta’ Settembru 2013

18 ta’ Settembru 2013

2 ta’ Ottubru 2013 (ospitata mill-Banque de France)

17 ta’ Ottubru 2013

7 ta’ Novembru 2013

21 ta’ Novembru 2013

5 ta’ Diċembru 2013

18 ta’ Diċembru 2013

9 ta’ Jannar 2014

Laqgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE fl-2013

21 ta’ Marzu 2013

20 ta’ Ġunju 2013

19 ta’ Settembru 2013

19 ta’ Diċembru 2013

Konferenzi stampa fl-2013

10 ta’ Jannar 2013

7 ta’ Frar 2013

7 ta’ Marzu 2013

4 ta’ April 2013

2 ta’ Mejju 2013 (ospitata min-Národná banka Slovenska)

6 ta’ Ġunju 2013

4 ta’ Lulju 2013

1 ta’ Awwissu 2013

5 ta’ Settembru 2013

2 ta’ Ottubru 2013 (ospitata mill-Banque de France)

7 ta’ Novembru 2013

5 ta’ Diċembru 2013

9 ta’ Jannar 2014

Kuntatti midja