STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE

2 ta' Ġunju 2010

Fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu għat-tħaddim ġenerali tal-oqsma tax-xogħol tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Bord Esekuttiv tal-BĊE ilbieraħ laħaq ftehim, b’effett immedjat, fuq it-tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu:

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala President tal-Bord Esekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali, il-President, is-Sur Jean-Claude Trichet, sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Komunikazzjoni; Verifika Interna; Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi.

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala deputat tal-President, il-Viċi President, is-Sur Vítor Constâncio, sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Amministrazzjoni u Stabbiltà Finanzjarja.

Is-Sinjura Gertrude Tumpel-Gugerell sejra tkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni; Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq u TARGET2-Titoli.

Is-Sur José Manuel González-Páramo sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Karti tal-Flus; Operazzjonijiet tas-Suq u Riċerka.

Is-Sur Lorenzo Bini Smaghi sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewopej; Servizzi Legali u l-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE.

Is-Sur Jürgen Stark sejjer ikun responsabbli għal dawn l-oqsma: Ekonomija, Sistemi tal-Informatika u Statistika.

Kuntatti midja