STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Pubblikazzjoni tal-kalendarji indikattivi għall-operazzjonijiet regolari tal-eurosistema b’sejħiet għall-offerti fl-2010 u l-2011

29 ta' Mejju 2009

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qed jippubblika l-kalendarji indikattivi għall-operazzjonijiet regolari tal-Eurosistema b’sejħiet għall-offerti fl-2010 u l-2011. Għall-ewwel darba, dawn il-kalendarji qed jiġu ppubblikati għas-sentejn li ġejjin, jiġifieri skond il-prassi adottata fl-iffissar tal-iskedi għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

Il-kalendarji indikattivi għall-2010 u l-2011 tħejjew skond il-proċeduri stabbiliti f'"L-implimentazzjoni tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro: Dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema’’. B’hekk il-kalendarji jinkludu biss l-operazzjonijiet regolari u ma fihom ebda dettall dwar l-operazzjonijiet supplimentari jew ad hoc, li jistgħu jsiru fl-2010 u l-2011.

Il-kalendarji jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal- BĊE.

Kuntatti midja