STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

5 ta' Marzu 2009

Fil-laqgħa tal-lum, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’50 punt bażi għal 1.50% b’seħħ mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fil-11 ta’ Marzu 2009.
  2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’50 punt bażi għal 2.50% b’seħħ mill-11 ta’ Marzu 2009.
  3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tonqos b’50 punt bażi għal 0.50% b’seħħ mill-11 ta’ Marzu 2009.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 p.m. CET.

Webcast
ECB press conference

  • Live Webcast banner
Press conference

Kuntatti midja