STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

6 ta' Novembru 2008

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. 1. Ir-rata minima tal-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’50 punt bażi għal 3.25%, u dan b’seħħ mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fit-12 ta’ Novembru 2008.
  2. 2. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’50 punt bażi għal 3.75%, b’seħħ mit-12 ta’ Novembru 2008.
  3. 3. Ir-rata tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tonqos b’50 punt bażi għal 2.75%, b’seħħ mit-12 ta’ Novembru 2008.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 CET ta’ wara nofsinhar.

Webcast
ECB press conference

  • Live Webcast banner
Press conference

Kuntatti midja