STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Bank Ċentrali Ewropew jagħlaq formalment is-sejħa pubblika għall-offerti għal kuntrattur ġenerali għall-bini l-ġdid tal-BĊE

25 ta' Ġunju 2008

Illum, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), iddeċieda li jagħlaq formalment is-sejħa għall-offerti internazzjonali għal kuntrattur ġenerali għall-bini l-ġdid tal-BĊE.

Il-proċedura ta’ sejħa pubblika, li tnediet f’Awissu 2007, ma pproduċietx riżultat ekonomiku sodisfaċjenti, minħabba li l-baġit stmat tal-BĊE nqabeż b’ammont konsiderevoli. Il-BĊE, li b’mod konsistenti dejjem wera l-impenn determinat tiegħu għall-użu responsabbli tar-riżorsi, għaldaqstant iddeċieda li jagħlaq formalment il-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-BĊE sejjer iwettaq analiżi fil-fond ta’ l-għażliet varji għall-passi li jmiss fil-proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE. Ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni sejjer jiġi kkomunikat fil-ħin opportun.

New ECB Premises

  • Picture shows DownTown Frankfurt

Project website

Kuntatti midja