STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja

5 ta' Ottubru 2006

Fil-laqgħa ta’ llum f’Pariġi, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. 1.Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 3.25 %. Din se tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fil-11 ta’ Ottubru 2006.
  2. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 4.25 %, b’seħħ mill-11 ta’ Ottubru 2006.
  3. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 2.25 %, b’seħħ mill-11 ta’ Ottubru 2006.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (CEST).

Webcast
ECB press conference

  • Live Webcast banner

Kuntatti midja