STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet Dwar il-Politika Monetarja

3 ta' Awissu 2006

Fil-laqgħa ta’ llum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’25 punt bażi għal 3 %. Din se tidħol fis-seħħ minn meta ssir l-operazzjoni li għandha tiġi regolata fid-9 ta’ Awwissu 2006.
  2. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’25 punt bażi għal 4 %, b’seħħ mid-9 ta’ Awwissu 2006.
  3. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’25 punt bażi għal 2 %, b’seħħ mid-9 ta’ Awwissu 2006.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (CET).

Webcast
ECB press conference

  • Webcast banner

Kuntatti midja