STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet fuq il-politika monetarja

8 ta' Ġunju 2006

Fil-laqgħa ta’ llum, li saret f’Madrid, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet fuq il-politika monetarja li ġejjin:

1 Ir-rata ta’ l-inqas offerta fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema sejra tiżdied b’25 punt bażi għal 2.75%. Din se tibda tgħodd mill-operazzjoni li sejra tiġi regolata fil-15 ta’ Ġunju 2006.

2 Ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali sejra tiżdied b’25 punt bażi għal 3.75%, b’effett mill-15 ta’ Ġunju 2006.

3 Ir-rata ta’ imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu sejra tiżdied b’25 punt bażi għal 1.75%, b’effett mill-15 ta’ Ġunju 2006.

Il-President tal-BĊE sejjer jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li se tibda fis-2.30 p.m. (CET) illum.

Introductory statement

Kuntatti midja