STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

tqassim ta' responsabbiltajiet qalb il-membri tal-bord esekuttiv tal-BĊE

1 ta' Ġunju 2006

Fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu għat-tħaddim ġenerali ta’ l-oqsma tax-xogħol tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Bord Esekuttiv tal-BĊE llum laħaq ftehim b’seħħ immedjat, dwar it-tqassim, kif jidher hawn taħt, tar-responsabbiltajiet qalb il-membri tiegħu.

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala President tal-Bord Esekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali, il-President, is-Sur Jean-Claude Trichet, se jkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Komunikazzjoni; Verifika Interna; Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi.

Minbarra r-responsabbiltajiet statutorji tiegħu bħala deputat tal-President, il-Viċi President, is-Sur Lucas D. Papademos se jkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Stabbiltà u Sorveljanza Finanzjarja; Riċerka.

Is-Sinjura Gertrude Tumpel-Gugerell se tkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Riżorsi Umani; Bàġit u Organizzazzjoni; Sistemi ta’ Pagament u Infrastruttura tas-Suq.

Is-Sur José Manuel González-Páramo se jkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Karti tal-Flus; Operazzjonijiet tas-Suq; Statistika.

Is-Sur Lorenzo Bini Smaghi se jkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Amministrazzjoni; Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewopej; Servizzi Legali.

Is-Sur Jürgen Stark se jkun responsabbli għal dawn l-oqsma: Ekonomija, Sistemi ta’ l-Informatika.

Kuntatti midja