STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet dwar il-Politika Monetarja

1 ta' Diċembru 2005

Fil-laqgħa ta’ llum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-politika monetarja:

  1. Ir-rata minima ta’ l-offerti fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament ta’ l-Eurosistema se tiżdied b’0.25 ta’ punt perċentwali għal 2.25% u dan jibda jseħħ mill-operazzjoni li għandha tiġi regolata fis-6 ta’ Diċembru 2005.
  2. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali se tiżdied b’0.25 ta’ punt perċentwali għal 3.25%, b’seħħ mis-6 ta’ Diċembru 2005.
  3. Ir-rata ta’ l-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu se tiżdied b’0.25 ta’ punt perċentwali għal 1.25%, b’seħħ mis-6 ta’ Diċembru 2005.

Il-President tal-BĊE se jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda llum fis-2.30 ta’ wara nofsinhar.

Webcast

  • webcast banner

Kuntatti midja