STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Gvernaturi tal-Banek Nazzjonali tal-Bulgarija u tar-Rumanija jattendu Laqgħa tal-kunsill Ġenerali

16 ta' Ġunju 2005

Is-Sur Ivan Iskrov (Bank Nazzjonali tal-Bulgarija) u s-Sur Mugur Isãrescu (Bank Nazzjonali tar-Rumanija), Gvernaturi tal-banek ċentrali taż-żewġ pajjiżi li ser jissieħbu fl-Unjoni Ewropea (ACCBs) illum ħadu sehem, għall-ewwel darba, fil-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE bħala osservaturi.

F’Marzu 2005, bħal ma sar qabel fir-rigward tal-banek ċentrali ta’ l-għaxar pajjiżi aderenti fl-2003, bil-għan li tissaħħaħ il-ko-operazzjoni ma' l-ACCBs bi tħejjija għat-tkabbir tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), il-korpi tal-BĊE responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet iddeċidew li jistiednu lill-Gvernaturi u l-esperti ta’ l-ACCBs biex, mid-data ta’ l-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni, jattendu l-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali u tal-Kumitati tas-SEBĊ rispettivament.

Il-laqgħa tal-lum tal-Kunsill Ġenerali kienet l-ewwel waħda wara l-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni li sar fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005.

Kuntatti midja