European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Kunsill Governattiv se jkompli bid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar il-bini l-ġdid tal-BĊE

18 ta' Novembru 2004

Fi Frar 2004 il-ġurija għall-kompetizzjoni internazzjonali tad-disinn ta’ l-ippjanar urbanistiku u ta’ l-arkitettura għall-bini l-ġdid tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, għażlet tliet proġetti. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE imbagħad stieden lit-tliet rebbieħa jirrevedu l-proġetti tagħhom biex jirranġaw nuqqasijiet funzjonali u tekniċi identifikati mill-ġurija.

Fil-laqgħa tal-lum, il-Kunsill Governattiv iddiskuta t-tliet proġetti rreveduti u ddeċieda li għad jonqoshom aktar evalwazzjoni dwar, fost l-oħrajn, il-ħtiġijiet speċifċi tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv se jkompli bid-deliberazzjonijiet tiegħu bil-għan li jasal għal konklużjoni sa kmieni s-sena d-dieħla l-aktar tard.

Aktar dettalji dwar il-kompetizzjoni internazzjonali tad-disinn u l-proposti tad-disinn jistgħu jinstabu fuq il-website tal-BĊE http://www.ecb.europa.eu/ecb/premises.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja