STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Dikjarazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

13 ta' Lulju 2004

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jieħu kont tas-sentenza ta’ llum tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-azzjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2003.

Jinnota wkoll b’sodsifazzjon li din is-sentenza tikkonferma li r-regoli w il-proċeduri previsti fit-Trattat u fil-Patt ta’ Stabbiltà u Żvilupp għandhom jiġu applikati b’mod sħiħ.

F’dak li jirrigwarda l-implikazzjonijiet ta’ din is-sentenza, il-BĊE jistenna li l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jintrabtu li jieħdu l-passi neċessarji sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn ir-regoli u proċeduri.

Il-BĊE jibqa’ konvint li m’hemm bżonn ta’ ebda tibdil fit-Trattat u fil-Patt ta’ Stabbiltà u Żvilupp u li l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Żvilupp tista’ tkompli tiġi imtejba.

Kuntatti midja