STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet Dwar Il-Politika Monetarja

6 ta' Mejju 2004

Fil-laqgħa ta’ llum, li saret f’Helsinki, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda illi r-rata minima ta’ l-offerta fuq l-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament u r-rati ta’ l-interessi fuq il-faċilità ta’ self marġinali u fuq il-faċilità tad-depożitu ser jibqgħu l-istess jiġfieri 2.00%, 3.00% u 1.00% rispettivament.

Il-President tal-BĊE ser jagħti l-kummenti tiegħu dwar dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza għall-istampa li tibda fis-2.30 ta’ wara nofsinhar (C.E.T.) illum.

Kuntatti midja