Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunisll Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Ġunju 2010

Kwistjonijiet operazzjonali

Proċedura għal sejħa tal-offerti għal LTROs ta’ tliet xhur fit-tielet trimestru tal-2010

Fl-10 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jadotta proċedura għal-sejħa tal-offerti b’rata fissa u b’allokament sħiħ fl-operazzjonijiet regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ tliet xhur (LTROs) li għandhom jiġu allokati fit-28 ta’ Lulju, fil-25 ta’ Awwissu u fid-29 ta’ Settembru 2010. Stqarrija għall-istampa relatata ġiet ippubblikata fl-istess jum fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar statistika, ċaqliq trans-konfini ta’ flus kontanti u kompetenzi ta’ Българска народна банка (Bank Ċentrali Bulgaru).

Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Bulgaru (CON/2010/43).

Opinjoni tal-BĊE dwar ċerti provvedimenti relatati mal-Banque de France

Fil-21 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Economici, l-Industrija u l-Impjieg (CON/2010/44).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fis-sistema Daniża għall-istabbiltà finanzjarja

Fit-28 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru Daniż għall-Affarijiet Economiċi u n-Negozju (CON/2010/45).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi f’diversi provvedimenti tal-Liġi Slovena dwar l-attività bankarja

Fl-1 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven (CON/2010/46).

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi fil-liġi Ġermaniża fir-rigward tal-bonds garantiti

Fl-14 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Ġermaniż (CON/2010/47).

Opinjoni tal-BĊE dwar abbozz ta’ liġi relatat mar-ristrutturar tas-Central Bank and Financial Services Authority tal-Irlanda

Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni fuq talba tal-Ministru tal-Finanzi Irlandiż (CON/2010/48).

Opinjoni tal-BĊE dwar id-dritt ta’ Sveriges Riksbank li jiġbor informazzjoni mingħand entitajiet Svediżi li joħorġu t-titoli

Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni fuq talba tas-Sveriges Riksbank (CON/2010/49).

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Tisħiħ tal-governanza ekonomika fiż-żona tal-euro

Fl-10 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Governattiv approva l-kontribut tal-BĊE għax-xogħol li qed jagħmel il-Grupp ta’ Ħidma Van Rompuy għat-titjib tal-qafas tal-governanza ekonomika Ewropea. Dan il-kontribut, li qed jipproponi li: (i) isaħħaħ is-sorveljanza tal-politika dwar il-baġit; (ii) itejjeb il-qafas għas-sorveljanza tal-kompetittività; u (iii) ifassal qafas xieraq għaż-żona tal-euro għall-maniġġ tal-kriżijiet, hu disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja