Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE (barra mid-deċiżjonijiet li jiffissaw ir-rati ta’ imgħax)

Ġunju 2008

Parir fuq il-Leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar xogħlijiet battala fil-Komunità

Fit-23 ta’ Mejju 2008, fuq talba tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament li jittratta l-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol battala fil-Komunità fir-rigward tal-proċeduri ta' aġġustament staġunali, rapporti ta' kwalità, ġbir ta' data, speċifikazzjonijiet ta' trasmissjoni u studji ta' fattibbiltà (CON/2008/22). L-Opinjoni ġiet ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE fil-31 ta’ Mejju 2008 u hija disponibbli wkoll fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Slovakka fir-rigward tad-dual display u regoli ta' rounding għal ċerti tipi ta' titoli

Fit-30 ta’ Mejju 2008, fuq talba ta’ Národná banka Slovenska, il-Kunsill Governattiv adotta opinjoni dwar abbozz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi fir-rigward tad-dual display fil-kummerċ bankarju, fis-suq tal-kapital, fl-industrija ta' l-assigurazzjoni u fis-setturi ta' tfaddil għall-pensjoni, u dwar regoli ta' rounding għal ċerti tipi ta' titoli (CON/2008/23). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar deroga mil-liġi tal-kumpanija fir-rigward ta' ċerti tranżazzjonijiet minn istituzzjonijiet ta' kreditu

Fl-4 ta’ Ġunju 2008, fuq talba tal-Bank tal-Greċja, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar deroga mil-liġi tal-kumpanija fir-rigward ta' ċerti tranżazzjonijiet minn istituzzjonijiet ta' kreditu (CON/2008/24). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar leġiżlazzjoni Slovakka dwar id-dual display ta’ l-ammonti fis-settur tal-logħob ta’ l-ażżard

Fit-12 ta’ Ġunju 2008, fuq talba tal-Ministeru tal-Finanzi Slovakk, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar id- dual display ta’ l-ammonti fis-settur tal-logħob ta’ l-ażżard (CON/2008/25). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-leġiżlazzjoni Pollakka dwar ir-regoli għall-iskambju tal-karti tal-flus u muniti

Fit-16 ta’ Ġunju 2008, fuq talba ta’ Narodowy Bank Polski, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-regoli għall-iskambju tal-karti tal-flus u muniti (CON/2008/26). L-Opinjoni hija disponibbli fuq il-website tal-BĊE.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Is-seba’ “Reviżjoni ta’ l-irwol internazzjonali ta’ l-euro”

Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill Governattiv approva l-pubblikazzjoni tas-seba’ “ Reviżjoni ta’ l-irwol internazzjonali ta’ l-euro” fuq il-website tal-BĊE nhar id-9 ta’ Lulju 2008. Ir-Reviżjoni, li tkopri żviluppi fl-2007, teżamina l-irwol ta’ l-euro fis-swieq globali u f’pajjiżi barra ż-żona ta’ l-euro, u timmira li ttejjeb il-fehim ta’ l-istat attwali ta’ l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-euro, filwaqt li tidentifika l-iżviluppi ewlenin u t-tendenzi bażi.

Governanza Korporattiva

Organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-Kunsill Governattiv

Fil-5 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li kull meta laqgħa tal-Kunsill Governattiv tkun skedata għall-istess ġurnata tal-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali, il-laqgħa tal-Kunsill Governattiv għandha tibda fil-5 p.m. tal-ġurnata ta’ qabel (l-Erbgħa) u tkompli l-Ħamis wara nofsinhar wara l-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali. L-iskedi tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali disponibbli fuq il-websites ta’ l-Eurosistema ġew aġġornati bix-xieraq. Ara http://www.ecb.europa.eu/press/calendars/mgcgc/html/index.mt.html.

Karti tal-flus

Linja gwida tal-BĊE dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ta’ l-euro

Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-euro u dwar il- frontloading u s- sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti euro barra ż-żona ta’ l-euro (BĊE/2008/4). Il-Linja Gwida sejra tiġi ppubblikata dalwaqt fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE u fuq il-website tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja