Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (minbarra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati ta’ l-imgħax)

Frar 2008

Kwistjonijiet operazzjonali

Tiġdid ta’ operazzjonijiet supplimentari għall-finanzjament fuq żmien itwal

Fis-7 ta’ Frar 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jġedded iż-żewġ operazzjonijiet supplimentari għar-rifinanzjament fuq żmien itwal (LTROs) li kienu ġew allokati fit-23 ta’ Novembru 2007 u fit-12 ta’ Diċembru 2007. L-ewwel waħda mmaturat fil-21 ta’ Frar 2008 u t-tieni waħda se timmatura fit-13 ta’ Marzu 2008. Din id-deċiżjoni tħabbret fi stqarrija għall-istampa ppubblikata fis-7 ta’ Frar 2008.

Sistemi ta’ Pagament u Infrastruttura tas-Suq

Stqarrija konġunta tal-BĊE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-introduzzjoni tas-SEPA

Fl-24 ta’ Jannar 2008 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li joħroġ stqarrija konġunta mal-Kummissjoni Ewropea biex jilqa’ kemm l-introduzzjoni formali taż-Żona Unika ta’ Pagamenti f’Euro (SEPA) kif ukoll l-introduzzjoni ta’ l-istrumenti tas-SEPA mill-banek ta’ l-UE. L-istqarrija konġunta ġiet ippubblikata fit-28 ta’ Jannar 2008 u hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Konsultazzjoni pubblika dwar ir-Rekwiżiti għall-utenti tas-CCBM2

Fil-21 ta’ Frar 2008, il-Kunsill Governattiv qies l-abbozz tar-rekwiżiti għall-utenti tas-CCBM2 li ġew ikkumpilati skond il-prinċipji gwida tas-CCBM2 u li jirriflettu l-kontribut mogħti mill-parteċipanti tas-suq fit-tweġibiet tagħhom għall-konsultazzjoni tal-bidu, li għalqet f’Lulju 2007. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi konsultazzjoni pubblika dwar id-dokumenti relatati, li tagħlaq fil-5 ta’ Mejju 2008. Stqarrija għall-istampa li tħabbar it-tnedija ta’ din il-konsultazzjoni ġiet ippubblikata fis-sit elettroniku tal-BĊE nhar it-Tlieta, 26 ta’ Frar.

Opinjonijiet dwar Leġiżlazzjoni

Opinjoni dwar l-emendi ta' l-istatuti tas-Sveriges Riksbank fir-rigward tat-termini tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu

Fl-14 ta' Jannar 2008, fuq talba tal-Parlament Svediż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-istatuti tas-Sveriges Riksbank dwar iż-żmien tal-kariga tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu (CON/2008/4). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar l-emendi relatati mal-governanza, is-superviżjoni u l-mod ta’ l-iffinanzjar ta’ l-iskema ta’ protezzjoni ta’ depożiti, b’mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tan-Narodowy Bank Polski

Fis-17 ta’ Jannar 2008, fuq talba tal-Ministeru Pollakk tal-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi relatati mal-governanza, sorveljanza u l-metodu ta' finanzjament ta’ l-iskema għall-ħarsien tad-depożiti, b’mod partikolari dwar il-parteċipazzjoni tan-Narodowy Bank Polski (CON/2008/5). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar il-prinċipji, ir-regoli u l-istruttura tas-Sistema Nazzjonali ta’ l-Istatistika u r-rwol tal-Banco de Portugal

Fl-1 ta’ Frar 2008, fuq talba tal-Parlament Portugiż, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-prinċipji, regoli u struttura tas-Sistema għall-Istatistika Nazzjonali u r-rwol tal-Banco de Portugal (CON/2008/6). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar l-emendi tal-liġijiet dwar iċ-ċekkijiet, il-kambjali u ċ-ċedoli

Fil-11 ta’ Frar 2008, fuq talba tal-Banca Naţională a României, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar emendi għall-liġijiet dwar ċekkijiet, kambjali u ċedoli (CON/2008/7). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar il-konsegwenzi tar-reġim monetarju minħabba l-bidla fl-istatus ta' Saint-Martin u Saint-Barthélemy taħt il-liġi Franċiża

Fl-14 ta’ Frar 2008, fuq talba tal-Ministeru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, Finanza u Impjieg, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar il-konsegwenzi għas-sistema monetarja ta’ Saint-Martin u Saint-Barthélemy, ikkawżati mill-bidla ta’ l-istatus tagħhom taħt il-liġi Franċiża (CON/2008/8). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg tad-Deutsche Bundesbank fil-konfront ta’ l-istaff tiegħu

Fil-21 ta’ Frar 2008, fuq talba tal-Ministeru Ġermaniż tal-Finanza, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-relazzjonijiet ta’ l-impjieg tad-Deutsche Bundesbank ma’ l-impjegati tiegħu (CON/2008/9). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Opinjoni dwar ir-remunerazzjoni fil-Banca d’Italia u dwar ir-riforma strutturali għall-kont tal-gvern li l-Bank iżomm

Fil-21 ta’ Frar 2008, fuq talba tal-Ministeru Taljan għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi, il-Kunsill Governattiv adotta Opinjoni dwar ir-remunerazzjoni fil-Banca d’Italia u dwar ir-riforma strutturali fil-kont li l-gvern għandu mal-Banca d’Italia (CON/2008/10). Din l-Opinjoni hi disponibbli fis-sit elettroniku tal-BĊE.

Statistika u Sistemi ta’ Pagament

Pagamenti trans-konfini f’euro

Fis-7 ta’ Frar 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, fl-interessi tal-proġett tas-SEPA, li jħeġġeġ lill-pajjiżi kollha taż-żona ta’ l-euro li għadhom qed jafdaw fuq dejta tal-pagamenti biex jikkompilaw l-istatistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti (i) biex jgħollu l-limitu ta' l-eżenzjoni għar-rapportar tal-bilanċ tal-pagamenti għal €50,000 tul l-2008, u (ii) biex, mhux iżjed tard mill-2009, għal dan il-għan jibdew jużaw sezzjoni mhux obbligatorja u sistema ta' kodiċi armonizzata għal kollox fil-messaġġi tas-SEPA għall-klassifikazzjoni tal-pagamenti skond it-tip. Il-Kunsill Governattiv issuġġerixxa wkoll li waqt li tkun qed taġġorna r-Regolament (KE) Nru. 2560/2001 dwar il-pagamenti trans-konfini f’euro, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiċċara li l-limitu msemmi hawn fuq ma japplikax f’każijiet meta r-rekwiżiti statistiċi (i) ma jkollhomx impatt fuq l-ipproċessar dirett tal-pagamenti bis-SEPA fi ħdan is-sistema bankarja, (ii) jistgħu jiġu awtomatizzati għal kollox mill-banek, u (iii) għall-klijenti li jagħmlu pagamenti trans-konfini ma jikkawżawx spejjeż li jkunu ogħla minn dawk għall-pagamenti domestiċi. Fl-aħħarnett, biex ikompli jħaffef il-piż tar-rapportar u jtejjeb il-kwalità ta’ l-istatistika, il-Kunsill Governattiv iddikjara li hu favur it-tneħħija ta’ kwalunkwe impediment legali fuq l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet għall-istatistika ta’ l-UE, waqt li jinżammu l-salvagwardji tal-konfidenzjalità.

Statistika

Titjib ta’ l-aċċessibilità ta’ l-istatistika taż-żona ta’ l-euro

Fit-8 ta’ Frar 2008, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jtejjeb l-aċċessibilità ta’ l-istatistika taż-żona ta’ l-euro billi jżid tliet settijiet ta’ statistika mal-“qafas konġunt għad-disseminazzjoni”, u b'hekk kemm l-istatistika taż-żona ta' l-euro kif ukoll il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jiġu ppubblikati fl-istess ħin u b'mod konsistenti fis-sit elettroniku tal-BĊE u fis-siti elettroniċi tal-banek ċentrali nazzjonali li jixtiequ jagħmlu dan. Dawn it-tliet settijiet ta’ statistika huma relatati mal-pagamenti u l-kummerċ ta’ titoli, l-ikklerjar u s-saldu; l-istatistika dwar il-korporazzjonijiet finanzjarji; u statistika ekonomika ġenerali bħall-istatistika tal-PDG jew ta’ l-HICP.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta’ l-UE dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki

Fit-28 ta’ Jannar 2008, il-Kunsill Governattiv adotta Rakkomandazzjoni lill-Kunsill ta’ l-UE dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (ECB/2008/1). Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE fl-1 ta’ Frar 2008 u hi disponibbli wkoll fis-sit elettroniku tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja