Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Latvja

€2

Il-munita ta' €2 turi xbejba tipika Latvjana. Din ix-xbieha dehret għall-ewwel darba fuq il-munita tal-fidda tal-5 lats fl-1929. Madwar ix-xifer tal-munita hemm l-iskrizzjoni DIEVS * SVĒTĪ * LATVIJU (ALLA JBIEREK ‘IL-LATVJA). Id-disinjatur huwa Guntars Sietiņš.

€1

Il-munita ta' €1 turi xbejba tipika Latvjana. Din ix-xbieha dehret għall-ewwel darba fuq il-munita tal-fidda tal-5 lats fl-1929. Id-disinjatur huwa Guntars Sietiņš.

50 ċenteżmu

Il-munita ta' 50 ċenteżmu turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

20 ċenteżmu

Il-munita ta' 20 ċenteżmu turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

10 ċenteżmi

Il-munita ta' 10 ċenteżmu turi l-istemma araldika l-kbira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

5 ċenteżmi

Il-munita ta' 5 ċenteżmu turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

2 ċenteżmi

Il-munita ta' 2 ċenteżmu turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.

1 ċenteżmu

Il-munita ta' 1 ċenteżmu turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.