Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Muniti kommemorattivi ta’ €2 – 2006

Belt tal-Vatikan

Tema: Il-ħames ċentinarju tal-Gwardja Svizzera Pontifikali

Deskrizzjoni: Fuq il-munita hemm gwardja Svizzera li qed tieħu l-ġurament ta’ lealtà lejn il-Papa. Il-kliem ‘GUARDIA SVIZZERA PONTIFICIA’ (Gwardja Svizzera Pontifikali) jifforma nofs tond madwar il-gwardja, filwaqt li ’l isfel mill-bandiera hemm isem l-istat li ħareġ il-munita ‘CITTÀ DEL VATICANO’. Fuq ix-xellug, ’il fuq mill-firma tal-inċiżur ‘O. Rossi’ li tinsab mimduda fuq l-arblu tal-bandiera, hemm is-sena ‘1506’. Fuq il-lemin, ’il fuq mill-marka taz-zekka ‘R’, hemm is-sena ‘2006’. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 100,000 munita

Data tal-ħruġ: Novembru 2006

San Marino

Tema: Il-500 anniversarju tal-mewt ta’ Kristofru Kolombu

Deskrizzjoni: Fuq il-munita jidher Kristofru Kolombu u t-tliet karavelli. L-iskrizzjoni ‘SAN MARINO’ tidher ’il fuq mix-xbieha ta’ Kolombu, flimkien ma’ warda tal-irjieħ u l-marka taz-zekka ‘R’ fuq il-lemin. Id-dati ‘1506 – 2006’ jidhru fuq romblu ta’ parċmina taħt ix-xbieha tiegħu. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 120,000 munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2006

Il-Finlandja

Tema: Il-100 anniversarju tad-dritt tal-vot universali u ugwali

Deskrizzjoni: Fil-parti ta’ ġewwa tal-munita jidhru l-uċuħ ta’ raġel u mara mifruda b’linja. Fuq ix-xellug tagħhom hemm id-data ‘1.10.1906’ u fuq il-lemin tidher is-sena tal-ħruġ bl-inizjali tal-Finlandja ‘FI’ f’nofsha ‘20 FI 06’. Il-marka taz-zekka ‘M’ tidher ħdejn kull wieħed miż-żewġ uċuħ. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 2.5 miljun munita

Data tal-ħruġ: Ottubru 2006

Il-Belġju

Tema: L-Atomium

Deskrizzjoni: F’nofs il-munita tidher xbieha tal-Atomju u fuq il-lemin tagħha hemm l-inizjali tal-inċiżur ‘LL’.Fuq kull naħa tal-bażi jidhru l-marki taz-zekka u tal-istampier. Fejn in-naħa t’isfel jidhru żewġ marki taz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, l-ittra ‘B’ u s-sena tal-istampar, ‘2006’.

Volum tal-ħruġ 5 miljun munita

Data tal-ħruġ: April 2006

Il-Belġju

Tema: Schleswig-Holstein

Deskrizzjoni: F’nofs il-munita jidher il-Holstentor, il-bieb simbolu tal-belt ta’ Lübeck, u taħtu l-kliem ‘Schleswig-Holstein’, l-ewwel mis-16-il stat federali tal-Ġermanja li qegħdin jitfakkru fuq il-muniti tal-euro. L-inizjali tal-inċiżur ‘HH’ jidhru fuq il-lemin tax-xbieha u fuq ix-xellug hemm il-marka taz-zekka A, D, F, G jew J skont iz-zekka. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea, mifrudin fin-naħa ta' fuq mis-sena meta ħarġet il-munita ‘2006’ u fin-naħa t'isfel mill-kliem ‘Bundesrepublik Deutschland’ (Repubblika Federali tal-Ġermanja).

Volum tal-ħruġ 30 miljun munita

Data tal-ħruġ: Frar 2006

L-Italja

Tema: L-XX Logħob Olimpiku tax-Xitwa – Torino 2006

Deskrizzjoni: F’nofs il-munita hemm xbieha ta’ skijer, figura dinamika u kurvilineari. ’Il fuq minn din ix-xbieha hemm il-kliem ‘GIOCHI INVERNALI’ (Logħob tax-Xitwa) u fuq in-naħa tax-xellug tidher il-kelma ‘TORINO’, il-post fejn sar il-Logħob tax-Xitwa, flimkien mat-torri karatteristiku ta’ din il-belt, il-Mole Antonelliana. Il-monogramma tar-Repubblika Taljana ‘RI’ u l-marka taz-zekka ‘R’ jidhru wkoll fuq ix-xellug tal-iskijer. Fuq il-lemin tiegħu tidher wieqfa s-sena meta ħarġet il-munita ‘2006’ u l-inizjali ‘MCC’ tad-disinjatriċi (Maria Carmela Colaneri). Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 40 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2006

Il-Lussemburgu

Tema: Għeluq il-25 sena tal-Gran Duka Guillaume, eredi tat-tron

Deskrizzjoni: F’nofs il-munita, fuq ix-xbieha tal-profil tal-Gran Duka Guillaume, hemm dik ta' missieru, il-Gran Duka Henri. Is-sena tal-ħruġ ‘2006’ tidher taħt iż-żewġ xbihat u fuq kull naħa jidhru l-ittra ‘S’ fuq ix-xellug u l-marka taz-zekka fuq il-lemin. Isem il-pajjiż li ħareġ il-munita ‘LËTZEBUERG’ jidher ’il fuq miż-żewġ xbihat. Fiċ-ċirku ta’ barra tal-munita hemm it-12-il stilla tal-Unjoni Ewropea.

Volum tal-ħruġ 1.1 miljun munita

Data tal-ħruġ: Jannar 2006