Ċentru tal-Viżitaturi tal-BĊE

Għaliex huwa importanti li l-prezzijiet jibqgħu stabbli u xi jfisser dan għall-poter tal-akkwist tiegħek? Kif inkunu żguri li t-tfaddil tiegħek huwa sigur fil-bank? X'kienu l-kisbiet ewlenin tal-Ewropa? Skopri t-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u ħafna aktar fiċ-ċentru tal-viżitaturi tagħna.

Iż-żjarat jibdew b'introduzzjoni minn gwida tal-BĊE. Imbagħad ikollok ħin biex tesplora l-wirjiet interattivi u l-viżwali informattivi biex titgħallem aktar dwar min aħna u dak li nagħmlu, u jkollok l-opportunità li tistaqsi l-mistoqsijiet. Ikun hemm disponibbli wkoll tablets tal-kompjuter biex iż-żjara tiegħek tkun esperjenza aħjar.

Ma tistax iżżurna personalment?


Agħmel żjara virtwali u esplora ċ-Ċentru tal-Visitaturi tagħna tkun fejn tkun fid-dinja! Jekk għandek sett tal-VR, ilbsu għal esperjenza dejjem iktar koinvolġenti! Għal iktar informazzjoni kif tuża l-modalità VR ara l- FAQs iktar 'l isfel.

Informazzjoni għall-viżitaturi

Ħinijiet taż-żjarat
It-Tnejn u l-Ġimgħa fl-16:00 CET
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis fl-10:30 CET
Tul taż-żjara
90 minuta
Reġistrazzjoni minn qabel
  • Biex tirreġistra għal żjara, ibgħat imejl lilvisitor.centre@ecb.europa.eu
  • Jistgħu jintalbu żjarat sa tliet xhur bil-quddiem u mhux aktar tard minn erba' ġimgħat qabel id-data taż-żjara
Lingwa taż-żjara
Ingliż jew Ġermaniż (jekk jogħġbok indika l-preferenza tal-lingwa tiegħek fl-imejl tiegħek). It-talbets jipprovdu informazzjoni bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol
Dħul
Bla ħlas. Jenħtieġ li tippreżenta karta tal-identità jew passaport nazzjonali validi
Daqs tal-grupp
Individwi jew gruppi sa 45 parteċipant - indika n-numru ta' postijiet li tixtieq tirriżerva fl-imejl tiegħek
Età minima
Nirrakkomandaw età minima ta' 16

Diġà rriżervajt?

Din hija xi informazzjoni prattika biex tgħinek tipprepara għaż-żjara tiegħek. Ftakar ukoll li għandek tħalli biżżejjed ħin għall-kontroll tas-sigurtà.

Mistoqsijiet komuni

X'nista' nara u nagħmel fiċ-Ċentru tal-Viżitaturi?

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi għandu firxa ta' elementi testwali, viżivi u interattivi li jispjegaw ix-xogħol u l-attivitajiet tal-BĊE, inklużi:

  • il-missjoni tal-BĊE biex iżomm il-prezzijiet stabbli.
  • ir-rwol tal-BĊE fis-salvagwardja tas-sistema finanzjarja billi jidentifika u jtaffi r-riskji u jissorvelja l-banek
  • ir-rwol tal-euro biex jgħaqqad lin-nies, in-negozji u l-pajjiżi madwar l-Ewropa
  • il-qafas istituzzjonali tal-BĊE u l-kisbiet tal-Ewropa

Qatt ħsibt kif tħossok li tkun parti mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE? Poġġi fil-kamra tal-laqgħat fir-replika tagħna tal-Kunsill Governattiv u kun af aktar dwar dak li nagħmlu fil-BĊE bil-vidjo panoramiku tagħna!

Tista' wkoll taqbad tablet fil-bidu taż-żjara biex ikollok aktar informazzjoni dwar il-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali tal-UE u ż-żona tal-euro.

Kif nista' nitlob li nagħmel żjara?

Ibgħat imejl lil visitor.centre@ecb.europa.eu bid-dettalji li ġejjin:

  • deskrizzjoni qasira tal-grupp tiegħek
  • numru ta' parteċipanti
  • lingwa preferita (Ingliż jew Ġermaniż)
  • suġġerimenti għal dati adattati, żomm f'moħħok il-ħinijiet għaż-żjajjar tagħna (ara hawn fuq)

Imbagħad niċċekkjaw jekk nistgħux nakkomodaw it-talba tiegħek u ngħidulek fi żmien ġimgħa.

Kif tivvalutaw it-talbiet għal żjara?

Is-slots taż-żjarat huma prinċipalment allokati fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Tingħata prijorità lil viżitaturi tal-ewwel darba, wara li titqies rappreżentanza ġusta tan-nazzjonalitajiet.

F'liema lingwi huwa disponibbli l-kontenut?

It-testi u l-kontenut tal-awdjo tal-pannelli tal-wirjiet huma disponibbli fi tliet lingwi: l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

Il-viżitaturi rreġistrati pprovduti b'tablet jista' jkollhom aċċess għal kontenut addizzjonali fil-fond f'sitt lingwi: l-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Taljan u l-Ispanjol.

Toffru żjarat speċjali għal udjenzi żgħar fl-età?

Bħalissa ma noffrux programmi speċjali għal udjenzi żgħar fl-età. Nirrakkomandaw età minima ta' 16.

Liema partijiet tal-bini tal-BĊE nista' nżur?

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi jinsab fiż-żona li kienet Grossmarkthalle. Mhuwiex possibbli l-aċċess għat-torrijiet tal-uffiċini

Jekk inti interessat li titgħallem aktar dwar l-istorja tal-Grossmarkthalle, nirrakkomandaw li tikkuntattja lill- Fundazzjoni Elsaesser.

Kif nasal sal-BĊE?

Nirrakkomandaw li tuża t-trasport pubbliku, peress li l-parkeġġ madwar il-BĊE huwa limitat. L-eqreb stazzjonijiet tat-trasport pubbliku huma Frankfurt Ostendstraße (S-Bahn), Ostbahnhof (U-Bahn, ferroviji reġjonali u karozzi tal-linja), u tramm u karozzi tal-linja Ostbahnhof/Sonnemannstraße).

Għal gruppi kbar, hemm xi spazji taʼ parkeġġ għall-karozzi tal-linja u l-coaches maġenb id-daħla ewlenija. Jekk tixtieq tirriżerva wieħed minn dawn l-ispazji ta' parkeġġ, jekk jogħġbok avżana bl-imejl. Madankollu, jekk jogħġbok innota li ma nistgħux niggarantixxu li nkunu nistgħu nilqgħu t-talba tiegħek.

Nista' nżur iċ-Ċentru tal-Viżitaturi mingħajr ma nirreġistra għal żjara gwidata?

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tista' żżuru biss fil-ħinijiet elenkati hawn fuq u jkun magħluq fit-tmiem il-ġimgħa u l-vaganzi tal-bank. Madankollu, tista' tesplora ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fi kwalunkwe ħin permezz ta' żjara virtwali. Għal esperjenza terġa' aktar realistika, ilbes il-VR gogils!

Kif jista' jkolli aċċess għal żjara virtwali bl-użu ta' sett VR?

Installa l-app Google Street View fuq il-mobajl tiegħek (iOS, Android). Fittex il-Bank Ċentrali Ewropew u miss wieħed mir-ritratti uffiċjali tal-BĊE li juri l-parti ta' ġewwa tal-bini. Agħfas l-ikona tas-sett tal-VR fir-rokna tal-lemin ta' fuq biex tibda l-modalità VR, poġġi t-telefown tiegħek fl-apparat VR tiegħek u gawdi l-esperjenza koinvolġenti!

Jiena kont fi żjara u nixtieq nagħti l-impressjonijiet tiegħi. Kif nista' nagħmel hekk?

Aħna dejjem ifittxu li ntejbu l-programm tal-viżitaturi tagħna u niddependu fuq il-feedback tiegħek. Tista' taqsam il-ħsibijiet tiegħek magħna billi żżur www.menti.com u daħħal il-kodiċi 10 43 43.