European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Żjarat oħra

Żjara lill-Mafkar tal-Lhud

F'kapitlu makabru tal-istorja tal-bini ewlieni, il-kantina tal-Grossmarkthalle kienet tintuża matul it-Tieni Gwerra Dinjija bħala l-post fejn kienu jinġabru l-Lhud, u kważi 10,000 ttieħdu minn hemm bil-ferrovija lejn il-kampijiet ta’ konċentrament.

Tista' żżur l-mafkar li jinsab fuq il-post billi tirreġistra għal tour bi gwida organizzat mill-Mużew Lhudi ta’ Frankfurt. Jekk tixtieq iżżur il-mafkar idħol fis-sit tal-Jüdisches Museum (bil-Ġermaniż biss).

Il-Wirja Elsaesser

Il-Grossmarkthalle li jinsab fiċ-ċentru tal-bini ewlieni kien iddisinjat mill-arkitett Martin Elsaesser u nbena bejn l-1926 u l-1928. Dak iż-żmien mhux biss kien wieħed mill-ikbar kumplessi ta’ bini fil-belt ta’ Frankfurt iżda wkoll l-ikbar struttura tal-konkrit rafforzat u bla pilastri fid-dinja.

Tista’ żżur il-Wirja Elsaesser li tinsab fil-Grossmarkthalle billi tirreġistra għal tour bi gwida mal-Fondazzjoni Elsaesser. Għal aktar tagħrif dwar il-Wirja Elsaesser, żur Grossmarkthalle Frankfurt (bil-Ġermaniż biss).

Il-paġni kollha f’din it-taqsima