Navigation Path: Home > The European Central Bank > Organizzazzjoni > Rwoli > L-Istabbilità finanzjarja u s-sorveljanza
Kif jidher mill-kriżi ta' bħalissa, l-istabbiltà finanzjarja għandha rwol kruċjali fis-sistema finanzjarja u fl-ekonomija kollha kemm hi. U b'għadd dejjem jiżdied ta' istituzzjonijiet finanzjarji attivi f'pajjiż jew kontinent wieħed jew f'iżjed minn wieħed, l-istabbiltà finanzjarja globali saret ħafna iżjed importanti.
Is-sistema finanzjarja tikkonsisti minn:
Biex titħares is-sistema finanzjarja u tiġi żgurata l-istabbiltà tal-prezzijiet, iridu jiġu identifikati s-sorsi ewlenin tar-riskji u tal-vulnerabbiltà, u l-partijiet rilevanti kollha, bħalma huma l-istituzzjonijiet finanzjarji u s-sorveljanti bankarji, iridu jiġu infurmati dwar ir-riskji.
Il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji oħra jiffurmaw l-ewwel linja ta' difiża kontra l-kriżijiet finanzjarji. Hi r-responsabbiltà tagħhom li jibqgħu vijabbli u solventi, u li jiċċekkjaw kemm jistgħu jingħataw fiduċja dawk li jisselfu, u b'hekk jimmaniġġaw ir-riskji li jidħlu għalihom.
Il-miżuri li jieħdu l-awtoritajiet pubbliċi biex jostakolaw jew biex inaqqsu kemm jista' jkun l-effetti tal-kriżijiet finanzjarji jikkostitwixxu t-tieni linja ta' difiża. Il-miżuri jinkludu:
Jekk, minkejja dawn il-miżuri kollha, l-istituzzjonijiet finanzjarji jsibu ruħhom fl-inkwiet, jista' jkun meħtieġ li jindaħlu l-awtoritajiet pubbliċi.
Il-BĊE/Eurosistema għandu erba' dmirijiet fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.
Il-BĊE, flimkien mas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), jissorvelja b’mod sistematiku l-iżviluppi ċikliċi u strutturali fis-settur bankarju taż-żona tal-euro/UE u f’setturi finanzjarji oħra. Dan jagħmlu biex jidentifika kwalunkwe vulnerabbiltà u jiċċekkja kemm is-sistema tiflaħ tirkupra mill-iskossi.
Din l-istima ssir b'kollaborazzjoni mal-banek ċentrali nazzjonali u mal-awtoritjiet tas-sorveljanza tal-UE permezz tal-Kumitat tas-SEBĊ għas-Sorveljanza Bankarja. Fil-BĊE nnifsu, is-sorveljanza u l-istima tal-istabbiltà finanzjarja jsiru minn oqsma diversi tal-ħidma: Stabbiltà Finanzjarja u Superviżjoni bħala koordinatur, Ekonomija, Operazzjonijiet tas-suq, Relazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali, u Pagamenti u Infrastruttura tas-Suq.
L-analiżi tal-istabbiltà finanzjarja tiġi ppubblikata regolarment f'diversi rapporti: per eżempju, fl- ‘Analiżi dwar l-Istabbiltà Finanzjarja’, ‘L-istabbiltà tas-settur bankarju tal-UE’, ‘Strutturi bankarji tal-UE’, u wkoll fil-pubblikazzjoni tal-BĊE tal- Annual Report. Pubblikazzjonijiet dwar stabbiltà u sorveljanza finanzjarja
Minħabba l-kompetenza teknika tiegħu, il-BĊE spiss jintalab mill-awtoritajiet kemm tal-UE kif ukoll dawk nazzjonali biex jgħinhom fit-tiswir u d-definizzjoni tar-regoli finanzjarji u r-rekwiżiti tas-sorveljanza applikabbli għall-istituzzjonijiet finanzjarji. Kultant, il-BĊE jikkontribwixxi għad-diskussjonijiet minn rajh. Kemm jekk jintalab parir kemm jekk le, hu xorta jiżgura li titqies l-istabbiltà finanzjarja.
Il-BĊE
Il-banek ċentrali - l-iżjed il-BĊE u s-SEBĊ - u l-awtoritajiet sorveljanti fl-UE jaħdmu flimkien l-iżjed permezz tal-Kumitat tas-SEBĊ għas-Sorveljanza Bankarja (BSC). Il-Kumitat twaqqaf fl-1998 biex jgħin lis-SEBĊ twettaq id-dmirijiet statutorji tagħha fl-oqsma tas-sorveljanza prudenzjali u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-BSC hu magħmul minn rappreżentanti għoljin tal-BĊE u tal-banek ċentrali tas-SEBĊ kif ukoll minn awtoritajiet nazzjonali għas-sorveljanza bankarja ta' dawk il-pajjiżi tal-UE fejn il-bank ċentrali mhux responsabbli għas-sorveljanza bankarja.
Kooperazzjoni tajba u skambji ta' spiss ta' tagħrif huma essenzjali biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja kemm f'ċirkostanzi normali kif ukoll fi żminijiet ta' kriżi. Il-ministeri tal-finanzi jiġu involuti wkoll f'dawn l-iskambji jekk ikun meħtieġ li kriżi tiġi mmaniġġata u megħluba. Biex din il-kooperazzjoni titqiegħed fuq bażi xierqa, l-awtoritajiet kollha ffirmaw Memorandum ta' Ftehim. Il-proċeduri miftehma jiġu analizzati u ttestjati regolarment billi jitwettqu simulazzjonijiet ta' kriżi finanzjarja u eżerċizzi oħra.
Minbarra d-dmirijiet imsemmija hawn fuq, l-Eurosistema hi direttament responsabbli għas-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. L-infrastrutturi jiffaċilitaw il-fluss ta' fondi, titoli u strumenti finanzjarji oħra fost ix-xerrejja u l-bejjiegħa, fost min jissellef u min isellef. Dawn huma komponent ewlieni tas-sistema finanzjarja u huma essenzjali għall-istabbiltà ġenerali tagħha. L-għan tas-sorveljanza hu li tiżgura li dawn l-infrastrutturi jiffunzjonaw bla xkiel u li xkiel possibbli fihom ma jwassalx għal riskji sistemiċi u ma jaffettwax is-sistema finanzjarja u l-ekonomija kollha kemm hi.
Sorveljanza
Id-dmirijiet tal-BĊE/Eurosistema huma stabbiliti fl-Artikoli 127.4, 127.5 u 282.5 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u wkoll fl-Artikoli 3.3, 4 u 25.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. Is-sorveljanza hi parti mid-dmir tal-BĊE biex iħeġġeġ it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-pagament u jiżgura sistemi effiċjenti u sodi ta' pagament u kklerjar fi ħdan l-Unjoni u ma' pajjiżi oħra (l-Artikolu 127.2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u l-Artikoli 3.1 u 22 tal-Istatut).
Il-qafas istituzzjonali għall-istabbiltà finanzjarja fl-UE hu bbażat fuq żewġ komponenti: il-prevenzjoni tal-kriżijiet, u l-maniġġ u soluzzjoni tal-kriżijiet. Il-BĊE, flimkien mal-Eurosistema, jikkontribwixxi għat-tnejn, l-iżjed permezz ta' stimi tal-istabbiltà finanzjarja.
Tim ta' esperti għoljin, il- Grupp de Larosière, twaqqaf fl-2008 biex jagħmel proposti għat-titjib tas-sorveljanza finanzjarja fl-Unjoni Ewropea. Fir-rapport tiegħu ta' Frar 2009, il-grupp irrikonoxxa li l-kriżi finanzjarja kienet parzjalment ikkawżata minn regolazzjoni u sorveljanza finanzjarja inadegwati, u ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tersaq lejn aġenda regolatorja ġdida, sorveljanza koordinata iżjed qawwija u proċeduri effettivi għall-maniġġ tal-kriżijiet. L-iżjed, ippropona li qafas imtejjeb għas-sorveljanza finanzjarja Ewropea għandu jkun ibbażat fuq il-ħolqien ta' żewġ istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb is-sorveljanza mikro- u makroprudenzjali fil-livell tal-UE.
Wara s-sostenn li ntwera mill-mexxejja tal-UE waqt il-laqgħa tagħhom f'Ġunju 2009, il-Kummissjoni Ewropea, fit-23 ta' Settembru 2009, ressqet il-proposti leġiżlattivi tagħha dwar it-twaqqif ta'
Bħalissa l-proposti qed jiġu diskussi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew.
Għal iżjed tagħrif, ara Financial Services Supervision and Committee Architecture
Il-kriżijiet finanzjarji jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lis-soċjetà, u jinfirxu lil hinn sew mill-ispejjeż imġarrba minn bank individwali. Fl-Unjoni Ewropea, il-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra għandhom id-dritt li jipprovdu servizzi barra pajjiżhom, jew direttament trans-konfini jew billi jwaqqfu fergħat jew sussidjarji. Għalhekk, l-istabbiltà finanzjarja trid tqis dan in-negozju trans-konfini. L-awtoritajiet nazzjonali involuti għandhom jaħdmu mill-qrib mal-kontropartijiet tagħhom barra l-pajjiż.
Biex titħares l-istabbiltà finanzjarja u jiġu evitati kriżijiet bħal dawn, jiġu prattikati r-regolazzjoni prudenzjali - ir-regoli attwali - u s-sorveljanza prudenzjali - l-iċċekkjar li bank ikun qed jimxi skond ir-regoli.
Ir-regolazzjoni prudenzjali hi bbażata fuq qafas regolatorju, fil-biċċa l-kbira armonizzat, fl-UE kollha, li għalih hi responsabbli l-iżjed il-Kummissjoni Ewropea. Il-ministeri tal-finanzi tal-Istati Membri jittrasponu din il-leġiżlazzjoni fil-livell nazzjonali.
Is-sorveljanti nazzjonali huma responsabbli għas-sorveljanza prudenzjali fil-livell nazzjonali. Il-kooperazzjoni fost is-sorveljanti bħalissa titwettaq f'dak li jissejjaħ il- "Lamfalussy Level 3 Committees of supervisors", li jiltaqgħu regolarment biex itejbu l-konverġenza u l-kooperazzjoni fl-UE kollha. Dawn huma
Il-BĊE u l-banek ċentrali li m'għandhomx responsabbiltajiet superviżorji huma preżenti fis-CEBS bħala membri bla vot.
Sorveljanza u stimi tal-istabbiltà finanzjarja jsiru regolarment fil-livell tal-UE. Il-Kumitat Economiku u Finanzjarju (EFC) janalizza kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja kull sitt xhur fil-format tat-Tabella tal-Istabbiltà Finanzjarja (FST) tiegħu; il-Kumitat ilaqqa' rappreżentanti għoljin tal-Ministeri tal-Finanzi, tal-banek ċentrali nazzjonali, tal-BĊE, tal-Kummissjoni, u l-Presidenti tal-Kumitat għas-Sorveljanza Bankarja (BSC), tas-SEBĊ u tal-kumitati Lamfalussy ta' sorveljanti tal-UE. L-EFC-FST hu responsabbli għat-tħejjija tad-diskussjonijiet tal-Kunsill ECOFIN dwar kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja.
Jekk l-attivitajiet tas-suq finanzjarju (tas-swieq finanzjarji), tal-intermedjarji jew tal-infrastrutturi jiġu, għal xi raġuni, sfrattati, jista' jkun meħtieġ li jindaħlu l-awtoritajiet pubbliċi.
L-awtoritajiet jistgħu jieħdu diversi miżuri biex jimmaniġġaw kriżi u jikkontrobattu t-taqlib, per eżempju:
L-arranġamenti tal-UE għall-maniġġ tal-kriżijiet huma maħsuba biex jiżguraw li l-informazzjoni tingħata lil kulħadd u li l-proċeduri għall-kooperazzjoni jkunu disponibbli fost l-awtoritajiet sorveljanti tal-UE, il-banek ċentrali u l-ministeri tal-finanzi. F'Ġunju 2008, ġie ffirmat Memorandum ta' Ftehim (MoU) bejn dawn il-partijiet dwar kooperazzjoni fi kriżijiet finanzjarji.
Din tikkonċerna l-maniġġ ta' bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra insolventi, kif ukoll il-ħarsien tal-kredituri, speċjalment id-depożitanti. Din tinkludi:
L-effiċjenza tal-maniġġ u tal-arranġamenti għas-soluzzjoni tal-kriżijiet fil-livell tal-UE tiġi ttestjata regolarment permezz ta' eżerċizzi ta' simulazzjoni ta' kriżi finanzjarja. Arranġamenti nazzjonali fil-forma ta' kumitati għall-istabbiltà finanzjarja, MoUs u strumenti oħra formali jew informali għall-koordinazzjoni jikkomplementaw il-qafas tal-UE għall-istabbiltà finanzjarja.
L-Eurosistema tikkontribwixxi b'modi diversi għat-tmexxija bla xkiel tal-politika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fir-rigward tas-sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u tal-istabbilità tas-sistema finanzjarja. Preċiżament, l-Eurosistema:
Dak li beda bħala taqlib f'partijiet speċifiċi tas-sistema finanzjarja f'Awwissu 2007 issa sar kriżi finanzjarja u ekonomika globali, b'negozji li qed ifallu, qgħad li qed jiżdied, investituri li qed jitilfu flushom u gvernijiet li qed ikollhom jimpenjaw somom kbar biex jevitaw il-kollass tas-sistema bankarja.
Is-sistemi finanzjarji dinjin għadhom taħt pressjoni qawwija:
Għal iżjed tagħrif, jekk jogħġbok ara l-aħħar ħarġa tal-pubblikazzjoni tal-BĊE 'Financial Stability Review'.