EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0046

Deċiżjoni (UE) 2016/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2015/46)

OJ L 37, 12.2.2016, p. 100–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/187/oj

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/100


DEĊIŻJONI (UE) 2016/187 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/1 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (BĊE/2015/46)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 12.1 flimkien mal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 5, l-Artikolu 12.3 u l-Artikoli 16 sa 24 u 34 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ħassar id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (2) b'effett mill-1 ta' Lulju 2016. Għalhekk, huwa xieraq li ssir referenza għar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fid-Deċiżjoni BĊE/2013/1 (3).

(2)

L-informazzjoni dwar l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, inklużi l-identità u l-komponenti tekniċi tagħha, kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni BĊE/2013/1, għandha tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2013/1 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċizjoni BĊE/2013/1 hija emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, il-punt 10 huwa mibdul b'dan li ġej:

“10.

‘L-awtorità ta' ċertifikazzjoni SEBĊ-PKI’ tfisser l-entità, fdata mill-utenti, biex toħroġ, tiġġestixxi, tirrevoka u ġġedded ċertifikati SEBĊ-PKI skont il-qafas ta' aċċettazzjoni taċ-ċertifikat SEBĊ/MSU;”;

2.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.   L-istqarrija tal-prattika ta' ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija ġabra ta' regoli li jirregolaw iċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikati elettroniċi, mit-talba inizjali sat-tmiem jew ir-revoka tal-abbonament, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-applikant taċ-ċertifikat jew l-abbonat, l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI u l-partijiet dipendenti. Din tkopri ċertifikati li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE u r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u ċertifikati li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Tistabbilixxi wkoll l-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet kollha u tistabbilixxi l-proċeduri dwar il-ħruġ u l-ġestjoni taċ-ċertifikati. Hija annessa mal-Ftehim tal-Livell 2 — Livell 3.

(*)  Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Diretiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”;"

3.

fl-Artikolu 10, id-dikjarazzjoni introduttorja u l-punt (a) tal-paragrafu 1 huma ssostitwiti b'dan li ġej:

“1.   Ħlief jekk iġibu prova li ma aġixxewx b'negliġenza, il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli skont il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom fis-SEBĊ-PKI għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil utent li jiddependi b'mod raġonevoli fuq ċertifikat ikkwalifikat, kif iddefinit fid-Direttiva 1999/93/KE u r-Regolament (UE) Nru 910/2014, fir-rigward ta':

(a)

il-preċiżjoni taż-żmien tal-ħruġ tal-informazzjoni kollha li tinsab f'ċertifikat ikkwalifikat, u l-kwistjoni jekk iċ-ċertifikat jinkludix id-dettalji kollha preskritti għal ċertifikat ikkwalifikat kif iddefinit fid-Direttiva 1999/93/KE u r-Regolament (UE) Nru 910/2014;”;

4.

l-Anness huwa ssostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni;

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tieghu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 11 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li tħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(2)  Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2013/1 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Jannar 2013 li tistabbilixxi l-qafas għall-infrastruttura taċ-ċavetta pubblika għas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (ĠU L 74, 16.3.2013, p. 30).


ANNESS

“ANNESS

Informazzjoni dwar l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI, inkluża l-identità tagħha, u l-komponenti tekniċi tagħha

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija identifikata fiċ-ċertifikat tagħha bħala l-emittent u ċ-ċavetta privata tagħha tintuża biex tiffirma ċ-ċertifikati. L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI hija inkarigata mill-:

(i)

ħruġ ta' ċertifikati ta' ċwievet privati u pubbliċi;

(ii)

ħruġ ta' listi ta' revoka;

(iii)

l-iġġenerar ta' pari ta' ċwievet assoċjati ma' ċertifikati speċifiċi, eż. dawk li jeħtieġu l-irkupru ta' ċavetta;

(iv)

iż-żamma tar-responsabbiltà ġenerali għas-SEBĊ-PKI u l-iżgurar li r-rekwiżiti kollha meħtieġa għat-tħaddim tagħha jkunu sodisfatti.

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi kull individwu, politika, proċedura u sistema tal-kompjuter fdati bil-ħruġ ta' ċertifikati elettroniċi u tassenjahom lill-abbonati taċ-ċertifikat.

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI tinkludi żewġ komponenti tekniċi:

L-awtorità għerq għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI: Din l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fl-ewwel livell, toħroġ biss ċertifikati għaliha nfisha u l-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni subordinati tagħha. Din tkun operattiva biss meta twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha stess iddefiniti b'mod ristrett. Id-dejta l-aktar sinifikanti tagħha huma:

a)

ċertifikat SHA-1 (1):

Isem distint

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Numru Serjali:

596F AC4C 218C 21BC 4E00 6B42 A164 46DD

Isem distint tal-emittent

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Perijodu ta' validità

Minn 21-06-2011 11:58:26 sa 21-06-2041 11:58:26

Sommarju tal-messaġġ (SHA-1)

CEFE 6C32 E850 994A 09EA 1A77 0C60 3D90 ADC9 9192

Sommarju tal-messaġġ (SHA-256)

C919 CF49 C024 7E50 2E0C C3C9 81E0 FB88 A013 AA2B 15C9 5142 F491 BDE7 E403 E3FB

Algoritmi kriptografiċi

SHA-1/RSA 4096

b)

Ċertifikat SHA-256:

Isem distint

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Numru Serjali:

4431 9C5F 91E8 162F 4E00 73F6 6AB8 71D8

Isem distint tal-emittent

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Perijodu ta' validità

Minn 21-06-2011 12:35:34 sa 21-06-2041 12:35:34

Sommarju tal-messaġġ (SHA-1)

3663 2FBA FB19 BDBC A202 3994 1926 ED48 4D72 DD4B

Sommarju tal-messaġġ (SHA-256)

7963 2A97 1D12 A889 9724 BB35 C37B 51D2 3E21 4DF9 20C3 2450 093E 0EA7 49FB AAEB

Algoritmi kriptografiċi

SHA-256/RSA 4096

L-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI li tinsab online: Din l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, fit-tieni livell, hija subordinata għall-awtorità tal-Għerq għaċ-ċertifikazzjoni tas-SEBĊ-PKI. Hija responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati SEBĊ-PKI għall-utenti. Id-dejta l-aktar sinifikanti tagħha huma:

a)

ċertifikat SHA-1 (2):

Isem distint

CN= ESCB-PKI ONLINE CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Numru Serjali:

2C13 E18F FDB5 91CE 4E29 550B B5A3 F59C

Isem distint tal-emittent

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Perijodu ta' validità

Minn 22-07-2011 12:46:35 sa 22-07-2026 12:46:35

Sommarju tal-messaġġ (SHA-1)

D316 026C D2CF 1A8C 4AA3 8C29 EE3D 591E 4286 AD08

Sommarju tal-messaġġ (SHA-256)

4B18 7644 BF79 4F83 D000 999D 7927 433F 75F3 CFB1 643A 6D0F 8A25 9435 BE86 1B7A

Algoritmi kriptografiċi

SHA-1/RSA 4096

b)

Ċertifikat SHA-256:

Isem distint

CN= ESCB-PKI ONLINE CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Numru Serjali:

660C 9B12 9A0A 6C21 5509 38DD 54A0 ED2D

Isem distint tal-emittent

CN=ESCB-PKI ROOT CA, O=EUROPEAN SYSTEM OF CENTRAL BANKS, C=EU

Perijodu ta' validità

Minn 22-07-2011 12:46:35 sa 22-07-2026 12:46:35

Sommarju tal-messaġġ (SHA-1)

E976 D216 4A5F 62DA C058 6BE0 EC10 EF24 36B8 12AC

Sommarju tal-messaġġ (SHA-256)

1335 26DC 99E9 CC36 62F8 F5FA 2006 3005 BA90 E663 2BF3 4F18 A84B A39B 5FAA 5700

Algoritmi kriptografiċi

SHA-256/RSA 4096”


(1)  Dan iċ-ċertifikat għandu jintuża biss f'sistemi li ma jappoġġawx algoritmi ogħla.

(2)  Dan iċ-ċertifikat għandu jintuża biss f'sistemi li ma jappoġġawx algoritmi ogħla.


Top