EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0042(01)

Deċiżjoni (UE) 2015/2331 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2016 (BĊE/2015/42)

OJ L 328, 12.12.2015, p. 121–122 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2331/oj

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/121


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2331 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Diċembru 2015

dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2016 (BĊE/2015/42)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Id-19-il Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-estimi tagħhom tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2016, flimkien ma' noti spjegattivi dwar il-metodoloġija tat-tbassir.

(3)

Peress li d-dritt tal-Istati Membri li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħarġa, il-volumi approvati mill-BĊE m'għandhomx jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2016

Il-BĊE b'dan japprova l-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fl-2016, kif stipulat fit-tabella li ġejja:

(EUR miljun)

 

Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2016

Il-Belġju

80,6

Il-Ġermanja

667,5

L-Estonja

10,3

L-Irlanda

38,8

Il-Greċja

79,5

Spanja

276,4

Franza

266,0

L-Italja

35,0

Ċipru

12,1

Il-Latvja

20,0

Il-Litwanja

32,3

Il-Lussemburgu

19,1

Malta

9,9

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52,5

L-Awstrija

260,0

Il-Portugall

53,4

Is-Slovenja

30,0

Is-Slovakkja

17,0

Il-Finlandja

45,0

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top