EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0041(01)

Deċiżjoni (UE) 2015/2330 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deciżjoni BĊE/2014/53 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2015/41)

OJ L 328, 12.12.2015, p. 119–120 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2330/oj

12.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/119


DEĊIŻJONI (UE) 2015/2330 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Diċembru 2015

li temenda d-Deciżjoni BĊE/2014/53 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2015/41)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Skont l-estimi tat-talba ghall-muniti tal-euro fl-2015 li l-Isati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BCE, il-BCE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro ddestinati ghac-cirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux iddestinati ghac-cirkolazzjoni fl-2015, fid-Deciżjoni BCE/2014/53 (1).

(3)

Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Grieg talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Greċja tista' toħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 13,3 miljun għal EUR 52,7 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(4)

Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li tista' toħroġ il-Greċja fl-2015.

(5)

Fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Belġju jista' joħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 0,8 miljun għal EUR 65,8 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(6)

Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li jista' joħroġ il-Belġju fl-2015.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/53 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BCE/2014/53 hija mibdula b'li gej:

(miljuni ta' EUR)

 

Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2015

Il-Belġju

65,8

Il-Ġermanja

529,0

L-Estonja

10,3

L-Irlanda

39,0

Il-Greċja

52,7

Spanja

301,4

Franza

230,0

L-Italja

41,5

Ċipru

10,0

Il-Litwanja

120,7

Il-Lussemburgu

45,0

Malta

8,7

Il-Pajjiżi l-Baxxi

52,5

Il-Latvja

30,6

L-Awstrija

248,0

Il-Portugall

30,0

Is-Slovenja

13,0

Is-Slovakkja

13,4

Il-Finlandja

60,0”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta' Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċizjoni BĊE/2014/53 tal-11 ta' Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 163).


Top