EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015O0028
Guideline (EU) 2015/1575 of the European Central Bank of 4 September 2015 amending Guideline ECB/2014/9 on domestic asset and liability management operations by the national central banks (ECB/2015/28)
Linja Gwida (UE) 2015/1575 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Settembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/28)
Linja Gwida (UE) 2015/1575 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Settembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/28)
OJ L 245, 22.9.2015, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2019; Impliċitament imħassar minn 32019O0007
22.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/13 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/1575 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta' Settembru 2015
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/9 dwar operazzjonijiet ta' ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiċi mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2015/28)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tispeċifika l-prinċipji ġenerali li għandhom jiġu segwiti mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) meta jwettqu operazzjonijiet domestiċi f'attiv u passiv fuq l-inizjattiva tagħhom stess. |
(2) |
L-indiċi Eurepo ġie identifikat fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2014/9 bħala r-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro. Mit-2 ta' Jannar 2015 'il quddiem, l-indiċi Eurepo ma baqax jintuża. Ir-rata tas-suq iggarantita fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss fil-munita domestika issa ser tkun l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli. |
(3) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/9 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2(e) tal-Linja Gwida BCE/2014/9 huwa mibdul b'dan li gej:
“(e) |
‘rata tas-suq iggarantita’ tfisser: (a) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss fil-munita domestika, l-iSTOXX EUR GC Pooling term indices b'maturità kumparabbli; u (b) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'munita barranija, rata kumparabbli.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil- jum meta tiġi nnotifikata lill-BĊNi.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta' Settembru 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2014/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Frar 2014 dwar operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-attiv u l-passiv domestiku mill-banek ċentrali nazzjonali (2014/304/UE) (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 56).