EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015O0024

Linja Gwida (UE) 2015/1197 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Lulju 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2015/24)

OJ L 193, 21.7.2015, p. 147–165 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2016; Imħassar b' 32016O0034

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2015/1197/oj

21.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/147


LINJA GWIDA (UE) 2015/1197 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta' Lulju 2015

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2015/24)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rapportar finanzjarju ta' operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali.

(2)

Jeħtieġ li jiġi kkjarifikat ir-rapportar finanzjarju ta' titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonalili li jinxtraw bħala parti mill-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji stabbilit permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/10) (2) bil-għan li jiġi żgurat ir-rapportar ta' dawn l-investimenti taħt il-partita tal-assi 7.1.

(3)

Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħrajn fl-Anness IV tal-Linja Gwida BĊE/2010/20.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

Anness IV għal Linja Gwida BĊE/2010/20 huwa mibdul bl-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31).

(2)  Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)(ĠU L 121, 14.5.2015, p. 20).


ANNESS

“ANNESS IV

REGOLI TA' KOMPOŻIZZJONI U REGOLI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ  (1)

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ (2)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal-applikazzjoni (3)

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Obbligatorju

2

2

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

2.2

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Self barrani (depożiti) barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

Obbligatorju

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

3

3

Pretensjonijiet kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona tal-euro minbarra dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

4

4

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repo bil-maqlub ta' assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

Obbligatorju

(d)

Titoli maħruġin minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’ u l-partita tal-assi 7.1 ‘Titoli miżmuma għall-finijiet tal-politika monetarja’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-euro

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u mhux mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

4.2

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Obbligatorju

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżaz6zjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.5

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

6

6

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-attiv ‘Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Talbiet oħra u operazzjonijiet mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

7

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

7.1

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli miżmuma għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali u internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

7.2

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita nru. 7.1 tal-attiv ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

Obbligatorju

9

Pretensjonijiet intra-Eurosistema+)

 

 

 

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Is-sehem ta' kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ

Kost

Obbligatorju

9.2

Pretensjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Pretensjonijiet denominati f'euro kontra l-BĊE fir-rigward ta' trasferimenti inizjali u addizzjonali ta' riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ

Valur nominali

Obbligatorju

9.3

Pretensjonijiet marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

9.4

Pretensjonijiet nett marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (*)

Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif iddefinita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (5)

Għall-BĊE: pretensjonijiet relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

Obbligatorju

9.5

Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

 

(a)

pretensjonijiet netti li jirriżultaw mill-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-passiv — ara wkoll il-partita nru. 10.4 tal-passiv ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

pretensjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn ir-reġistrazzjoni tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-pagament tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

pretensjonijiet oħrajn intra-Eurosistema denominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (*)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

9

10

Partiti fil-proċess tas-saldu

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

Obbligatorju

9

11

Assi oħrajn

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali

Valur nominali

Obbligatorju

9

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Irrakkomandat

 

Rati ta' deprezzament:

kompjuters u hardware/software relatati, u vetturi bil-mutur: 4 snin

apparat, għamara u impjanti fil-bini 10 snin

nefqa f'bini u f'rinovazzjoni ewlenija kkapitalizzata. 25 sena

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

 

9

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta' politika

Titoli, inklużi ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra (eż. depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrakkomandat

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Irrakkomandat

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

Irrakkomandat

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, mibdul bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f'valuti barranin

Irrakkomandat

9

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu)

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

9

11.6

Varji

Avvanzi, self u partiti minuri oħra.

Kontijiet ta' sospiża tar-rivalutazzjoni (l-unika partita tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta' rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta' rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta' rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi fiduċjarja Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent Muniti denominati f'unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta' qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni

Valur nominali jew kost

Irrakkomandat

Kontijiet temporanji tar-rivalutazzjoni

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

Valur tas-suq

Obbligatorju

Pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

Pretensjonijiet pendenti (minn inadempjenzi)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

Obbligatorju

Assi jew pretensjonijiet (fil-konfront ta' terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

Assi jew talbiet (minn inadempjenzi)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma ddenominati f'valuti barranin)

Obbligatorju

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


OBBLIGAZZJONIJIET

Partita tal-karta tal-bilanċ (7)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni (**)

1

1

Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni  (6)

(a)

Karti tal-flus euro, b'żieda/tnaqqis tal-aġġustamenti relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 u d-Deċiżjoni BĊE/2010/29

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Karti tal-flus denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro matul is-sena li nbidlu l-flus

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

2

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti nru. 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

 

 

2.1

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

Obbligatorju

2.2

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

Obbligatorju

2.3

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

Obbligatorju

2.4

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

2.5

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

Obbligatorju

3

3

Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kont kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

4

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss — għall-BĊNi partita tranżitorja tal-karta tal-bilanċ.

Ċertifikati ta' dejn kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

Obbligatorju

5

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

5.1

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

Obbligatorju

5.2

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-partita nru. 2.1 tal-passiv ‘Kontijiet kurrenti’); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorju

6

6

Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro.

Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

7

7

Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8

8

Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

 

 

 

8.1

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8.2

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

Obbligatorju

10

Passiv intra-Eurosistema+)

 

 

 

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f'euro

Valur nominali

Obbligatorju

10.2

Passiv relatat mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

10.3

Obbligazzjonijiet netti marbuta mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (6)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta' karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta' bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23

Valur nominali

Obbligatorju

10.4

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

 

(a)

obbligazzjonijiet netti li jirriżultaw minn bilanċi ta' kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta' BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet — ara wkoll il-partita nru. 9.5 tal-assi ‘Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

obbligazzjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn l-entrata tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri ta' tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

obbligazzjonijiet oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (**)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

10

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

Obbligatorju

10

12

Passiv ieħor

 

 

 

10

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

10

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

10

12.3

Varji

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja. Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti f'ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro li m'għadhomx valuta legali iżda li għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt il-partita tal-obbligazzjonijiet ‘Provvedimenti’. Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

Valur nominali jew kost (repo)

Irrakkomandat

Depożiti f'deheb tal-konsumatur

Valur tas-suq

Depożiti f'deheb tal-konsumatur: obbligatorju

10

13

Provvedimenti

(a)

Għal pensjonijiet, għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra eż. spejjeż futuri mistennija, provvedimenti għal unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro li jkunu spiċċaw bħala valuta legali imma li jkunu għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tat-tibdil tal-flus kontanti jekk dawn il-karti tal-flus ma jidhrux taħt il-partita nru. 12.3 tal-obbligazzjonijiet ‘Obbligazzjonijiet oħrajn/Varji’

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-attiv ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

(a)

Kost/valur nominali

Irrakkomandat

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

11

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-assi nru. 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

12

15

Kapital u riżervi

 

 

 

12

15.1

Kapital

Kapital imħallas — il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi

Valur nominali

Obbligatorju

12

15.2

Riżervi

Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-assi ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Valur nominali

Obbligatorju

10

16

Profitt għas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


(*)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(1)  L-iżvelar b'rabta mal-karti tal-flus euro f'ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b'asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.

(2)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(3)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(4)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(5)  Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).

(6)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(7)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(**)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”


Top