EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0062(01)
Decision (EU) 2015/32 of the European Central Bank of 29 December 2014 concerning derogations that may be granted under Regulation (EU) No 1073/2013 concerning statistics on the assets and liabilities of investment funds (ECB/2013/38) (recast) (ECB/2014/62)
Deċiżjoni (UE) 2015/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta' Diċembru 2014 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (riformulazzjoni) (BĊE/2014/62)
Deċiżjoni (UE) 2015/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 29 ta' Diċembru 2014 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (riformulazzjoni) (BĊE/2014/62)
OJ L 5, 9.1.2015, p. 17–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/07/2020
9.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 5/17 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/32 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta' Diċembru 2014
dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (UE) Nru 1073/2013 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38)
(riformulazzjoni)
(BĊE/2014/62)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2013/38) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) jipprovdi li jistgħu jingħataw derogi mir-rekwiżiti dwar ir-rappurtar statistiku lill-fondi ta' investiment (IFs) li jkunu suġġetti għal regoli ta' kontabilità nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-assi tagħhom b'mod inqas frekwenti minn kull trimestru. Jipprovdi wkoll li l-kategoriji IF li lilhom il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. |
(2) |
Billi d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 (2) teħtieġ li tiġi emendata b'mod sostanzjali, għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Derogi
Il-kategoriji IF li dwarhom il-BĊNi għandhom diskrezzjoni li jagħtu derogi bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38) huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kunsill Governattiv għandu jirrivedi dawn il-kategoriji tal-inqas kull tliet snin.
Artikolu 2
Revoka
1. Id-Deċiżjoni BĊE/2009/4 hija mħassra.
2. Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 297, 7.11.2013, p. 73.
(2) Deċiżjoni BĊE/2009/4 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Marzu 2009 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta' fondi ta' investiment (BĊE/2007/8) (ĠU L 72, 18.3.2009, p. 21).
ANNESS
KATEGORIJI TA' FONDI TA' INVESTIMENT LI GĦALIHOM JISTGĦU JINGĦATAW DEROGI SKONT L-ARTIKOLU 8(2) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 (BĊE/2013/38)
Stat Membru |
Isem tl-kategorija tal-FI |
Att legali fir-rigward tal-kategorija |
Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni |
Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali |
||||
Titolu tal-att legali |
Numru/data tal-att legali |
Dispożizzjonijiet relevanti |
Titolu tal-att legali |
Numru/data tal-att legali |
Dispożizzjonijiet relevanti |
|||
Franza |
Fonds commun de placement à risque (Fondi komuni ta' kapital ta' riskju) |
Code monétaire et financier (Kodiċi monetarju u finanzjarju) |
|
Kapitolu IV, Taqsima 2, Paragrafu 2. L214-28 sa L214-32 |
Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers (Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) |
|
Ktieb IV, Titolu II, Artikolu 422-120-13 |
Darbtejn fis-sena |
Franza |
Sociétés civiles de placement immobilier (Kumpaniji ta' investiment fil-bini) |
Code monétaire et financier (Kodiċi monetarju u finanzjarju) |
|
Kapitolu IV, Taqsima 2 Paragrafu 4 L214-86 sa L214-126 |
Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers (Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) |
|
Ktieb IV, Artikolu 422-234 |
Annwali |
Franza |
Organismes de placement collectif immobilier (Impriżi ta' investiment kollettiv fil-bini) |
Code monétaire et financier (Kodiċi monetarju u finanzjarju) |
|
Kapitolu IV, Taqsima 2 Paragrafu 3 L214-33 sa L214-85 |
Règlement général de l'Autorité des Marchés Financiers (Regolament Ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji) |
|
Ktieb IV, Artikolu 422-186 |
Darbtejn fis-sena |
L-Italja |
Fondi chiusi (Fondi magħluqa) |
Decreto legislativo — Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria (Digriet leġiżlattiv — id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja) |
Nru 58 tal-24 ta' Frar 1998 |
Parti I, Artikolu 1 Parti II, Artikoli 36, 37 u 39 |
Provvedimento della Banca d'Italia — Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio (Att tal-Banca d'Italia — Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil) |
fit-8 ta' Mejju 2012 |
Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4.6 |
Darbtejn fis-sena |
Decreto ministeriale — Regolamento attuativo dell'articolo 37 del Decreto legislativo di 24 febbraio 1998, nr. 58 (Digriet ministerjali — Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta' Frar 1998) |
Nru 228 tal-24 ta' Mejju 1999 |
Kapitolu II, Artikolu 12 |
||||||
Il-Litwanja |
Informuotiesiems investuotojams skirti kolektyvinio investavimo subjektai ((Impriżi ta' investiment kollettiv intiż għal investituri infurmati)) |
Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas (Liġi dwar Impriżi ta' Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati) |
Nru XII-376 tat-18 ta' Ġunju 2013 |
Artikolu 2(4) |
Informuotiesiems investuotojams skirtų kolektyvinio investavimo subjektų įstatymas (Liġi dwar Impriżi ta' Investiment Kollettiv Intiżi għal Investituri Informati) |
Nru XII-376 tat-18 ta' Ġunju 2013 |
Artikolu 31(2) |
Darbtejn fis-sena/annwali |
Il-Portugall |
Fundos de capital de risco (Fondi ta' kapital ta' riskju) |
Decreto-Lei (Digriet liġi) |
Nru 375/2007 tat-8 ta' Novembru 2007 |
Artikolu 18 |
Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli) Instrução da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários (Linja gwida dwar il-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli) |
Nru 1/2008 tal-14 ta' Frar 2008 Nru 2/2013 tat-30 ta' Mejju 2013 |
Artikoli 4 u 11 Regola 1 |
Darbtejn fis-sena |