EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0038(01)
2014/671/EU: Decision of the European Central Bank of 1 September 2014 amending Decision ECB/2013/35 on additional measures relating to Eurosystem refinancing operations and eligibility of collateral (ECB/2014/38)
2014/671/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/38)
2014/671/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta' Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2014/38)
OJ L 278, 20.9.2014, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2015; Imħassar b' 32015D0009
20.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 278/21 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta' Settembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2014/38)
(2014/671/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 18.2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1) u d-Deċiżjoni BĊE/2013/6 tal-20 ta' Marzu 2013 dwar ir-regoli fuq l-użu bħala kollateral ta' bonds tal-bank skoperti għall-użu proprju ggarantiti mill-gvern għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (2),
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet standard li skonthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f'operazzjonijiet ta' kreditu, inkluż il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, kif ukoll id-Deċiżjoni BĊE/2013/6, id-Deċiżjoni BĊE/2013/35 (3) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/11 (4). |
(2) |
Skont it-Taqsima 1.6 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista', f'kull ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq ta' operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema. |
(3) |
Għall-finijiet tal-għażla tal-klassifikazzjoni xierqa li għandha tiġi użata biex tiġi ddeterminata l-eliġibilità ta' assi użati f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema u l-haircut relatata tagħhom, hemm stabbilita regola li tiddefinixxi l-prijorità tal-klassifikazzjonijiet. Din ir-regola tipprijoritizza l-użu ta' klassifikazzjonijiet tal-ħruġ ta' Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) bi preferenza fuq klassifikazzjonijiet ta' emittent u garanti ECAI. Fis-17 ta' Lulju 2013, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jsaħħaħ aktar il-qafas tiegħu għall-kontroll tar-riskju, billi jaġġusta l-kriterji ta' eliġibbiltà u l-haircuts applikati lill-kollateral aċċettat fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja u jaddotta ċerti miżuri addizzjonali biex itejbu l-konsistenza ġenerali tal-qafas u l-implimentazzjoni prattika tiegħu. Fost l-aġġustamenti magħmula, l-Eurosistema kkjarifikat ir-regola li tirrigwarda l-prijorità tal-klassifikazzjoniiet. Dawn il-miżuri kienu stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2013/33. |
(4) |
Ir-regola li tipprijoritizza l-klassifiki tal-ħruġ ECAI hija xierqa fir-rigward ta' emittenti privati fejn il-kontenut tal-informazzjoni ta' klassifikazzjonijiet tal-ħruġ hija relevanti. Għal emittenti pubbliċi, ir-regola li tipprijoritizza l-klassifikazzjonijiet tal-ħruġ ECAI tenħtieġ aġġustament billi l-klassifikazzjonijiet tal-emittent, minflok il-klassifikazzjonijiet tal-ħruġ huma meqjusa bħala l-miżura tal-affidabbilità kreditizja relevanti għal dawn l-emittenti. |
(5) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2013/35 għandha għalhekk tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 6 tad-Direttiva BĊE/2013/35 huwa mibdul kif ġej:
“Artikolu 6
Standards addizzjonali ta' kreditu għoljin għall-assi negozjabbli
1. Il-valutazzjoni ta' kreditu ta' Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) ta' attiv negozjabbli msemmija f'Sezzjoni 6.3 ta' Anness I ta' Linja Gwida BĊE/2011/14 għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu.
2. It-tipi segwenti ta' valutazzjonijiet ta' kreditu ECAI minn ECAIs aċċettati għandhom jintużaw biex tiġi stabbilita l-konformità mal-limitu tal-kwalità tal-kreditu applikabbli lil attiv negozjabbli (*).
(a) |
Klassifikazzjoni ta' ħruġ ECAI, li tirreferi għal valutazzjoni tal-kreditu ECAI assenjata jew lil ħruġ jew, fl-assenza ta' klassifikazzjoni ta' ħruġ mill-istess ECAI, is-serje tal-ħruġ jew il-programm li taħtu nħareġ attiv (**). Għal klassifikazzjonijiet tal-ħruġ ECAI, l-Eurosistema ma għandha tagħmel ebda distinzjoni fir-rigward tal-maturità oriġinali tal-attiv. Kull klassifikazzjoni ECAI assenjata lill-ħruġ jew lis-senje tal-ħruġ jew il-programm għandha tkun aċċettabbli. |
(b) |
Klassifikazzjoni tal-emittent ECAI, li tirreferi għal klassifikazzjoni tal-kreditu ECA assenjata lil emittent. Għal klassifikazzjonijiet tal-emittent ECAI, l-Eurosistema għandha tagħmel distinzjoni f'dak li jikkonċerna l-maturità oriġinali tal-attiv fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ECAI aċċettabbli. Għandha ssir distinzjoni bejn: (i) assi b'terminu qasir, jiġifieri dawk l-assi b'maturità oriġinali sa u li tinkludi 390 jum; u (ii) assi b'terminu twil, jiġifieri dawk l-assi b'maturità oriġinali ta' iktar minn 390 jum. Għal attiv b'terminu qasir, klassifikazzjonijiet tal-emittent ECAI b'terminu qasir u b'terminu twil għandhom ikunu aċċettabbli. Għall-attiv b'terminu twil, il-klassifikazzjonijiet tal-emittent ECAI b'terminu twil għandhom ikunu aċċettabbli. |
(c) |
Klassifikazzjoni tal-garanti ECAI, li tirreferi għal klassifikazzjoni tal-kreditu ECAI assenjata lil garanti, jekk il-garanti jissodisfa r-rekwiżiti ta' punt (c) ta' Sezzjoni 6.3.2 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. Għall-klassifikazzjonijet tal-garanti ECAI, l-Eurosistema ma għandha tagħmel l-ebda distinzjoni fir-rigward tal-maturità oriġinali tal-attiv. Għandhom ikunu aċċettabbli biss klassifikazzjonijiet tal-garanti ECAI b'terminu twil. |
3. Il-BĊE jippubblika l-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu għall-ECAIs kollha aċċettati, kif stabbilit f'Taqsima 6.3.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (***). Il-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu għal assi negozjabbli għandu jikkorrispondi għal Step 3 tal-Kwalità tal-Kreditu tal-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, ħlief fejn iddikjarat mod ieħor.
4. Għall-assi negozjabbli, il-valutazzjonijiet tal-kreditu, li jiddeterminaw il-konformità tal-assi mal-limitu minimu tal-kwalità tal-kreditu, għandhom jiġu kkunsidrati mill-Eurosistema b'konformità mar-regoli li jinsabu aktar 'l isfel.
4.1. |
Għal assi negozjabbli li mhumiex assi negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, gvernijiert reġjonali jew lokali, aġenziji (****), istituzzjonijiet supranazzjonali u titoli ggarantiti minn assi, japplikaw ir-regoli li ġejjin.
|
4.2. |
Għal assi negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew lokali, aġenziji u istituzzjonijiet supranazzjonali, japplikaw ir-regoli li ġejjin.
|
4.3. |
Għal titoli ggarantiti minn assi, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin.
|
5. Għall-finijiet ta' Taqsima 6.3.2 ta' Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-użu ta' valutazzjoni tal-kreditu impliċita għandhom japplikaw fl-assenza ta' valutazzjoni tal-kreditu ECAI għall-emittent jew il-garanti f'każ ta' assi negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew lokali, aġenziji u istituzzjonijiet suprazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 4.2.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Settembru 2014.
Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta' Settembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2013/35 tas-26 ta' Settembru 2013 dwar miżuri addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 301, 12.11.2013, p. 6).
(4) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/11 tat-12 ta' Marzu 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/35 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (ĠU L 166, 5.6.2014, p. 31).