EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014O0021

2014/647/UE: Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (BĊE/2014/21)

OJ L 267, 6.9.2014, p. 9–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/647/oj

6.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 267/9


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/23 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern

(BĊE/2014/21)

(2014/647/UE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikolu 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2),

Billi:

Il-Linja Gwida BĊE/2013/23 (3) tenħtieġ li tiġi emendata sabiex tirrifletti l-emenda, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2014 (4), tar-Regolament (KE) Nru 479/2009 fir-rigward tar-referenzi għas-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emenda

L-Annessi I u II għal-Linja Gwida BĊE/2013/23 huma sostitwiti skont l-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Bidu tal-applikabilità

1.   Din il-Linja Gwida għandha ssir applikabbli fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta' Settembru 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Ġunju 2014.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1

(3)  Linja Gwida BĊE/2013/23 tal-25 ta' Lulju 2013 dwar l-istatistika tal-finanzi tal-gvern (ĠU L 2, 7.1.2014, p.12)

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2014 tas-7 ta' Marzu 204 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 fir-rigward tar-referenzi għas-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 69, 8.3.2014, p.101).


ANNESS

1.

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2013/23 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS I

OBBLIGI TAR-RAPPORTAR TAD-DEJTA

Statistika tad-dħul, tan-nefqa u tad-defiċit/bilanċ favorevoli

Tabella 1A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Defiċit (–) jew bilanċ favorevoli (+)

1 = 7 – 22

1 = 3 + 4 + 5 + 6

li minnu: defiċit primarju (–) jew bilanċ favorevoli (+)

2 = 1 + 28

Gvern ċentrali

3

Gvern statali

4

Gvern lokali

5

Fondi tas-sigurta' soċjali

6

Dħul totali

7 = 8 + 20

Dħul kurrenti totali

8 = 9 + 12 + 14 + 17 + 19

Taxxi diretti

9

li minnhom: pagabbli minn korporazzjonijiet

10

li minnhom: pagabbli minn unitajiet domestiċi

11

Taxxi indiretti

12

li minnhom: taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

13

Kontribuzzjonijiet soċjali netti

14

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem

15

li minnhom: kontribuzzjonijiet soċjali attwali tal-unitajiet domestiċi

16

Dħul kurrenti ieħor

17

li minnu: imgħax riċevibbli

18

Bejgħ

19

Dħul kapitali totali

20

li minnu: taxxi kapitali

21

Nefqa totali

22 = 23 + 32

Nefqa kurrenti totali

23 = 24 + 28 + 29 + 31

Trasferimenti kurrenti

24 = 25 + 26 + 27

Ħlasijiet soċjali

25

Sussidji pagabbli

26

Nefqa kurrenti oħra

27

Imgħax pagabbli

28

Kumpens tal-impjegati

29

li minnu: pagi u salarji

30

Konsum intermedju

31

Nefqa kapitali totali

32 = 33 + 34 + 35

Investiment

33

Akkwisti oħra nett ta' attiv mhux finanzjarju u tibdiliet fl-inventarji

34

Trasferimenti kapitali pagabbli

35

Partiti tal-Memorandum:

 

Tfaddil gross

36 = 8 – 23

Rikavat minn bejgħ ta' sistemi ta' telekommunikazzjonijiet mobbli universali

37

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali

38 = 15 + 16

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus

39


Tabella 1B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) mill-Istat Membru

1 = 2 + 3 + 4 + 7

Taxxi indiretti

2

Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti

3

Trasferimenti kurrenti mixxellanji u riorsi proprji tal-UE

4

li minnhom: it-tielet riżors proprju bbażat fuq il-VAT

5

li minnhom: ir-raba' riżors proprju bbażat fuq l-introjtu nazzjonali gross

6

Trasferimenti ta' kapital

7

Nefqa tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru

8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13

Sussidji

9

Trasferimenti kurrenti lill-gvern

10

Trasferimenti kurrenti lil-unitajiet mhux governattivi

11

Trasferimenti ta' kapital lill-gvern

12

Trasferimenti ta' kapital lill-unitajiet mhux governattivi

13

Bilanċ tal-Istat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE (riċevitur nett +, pagatur nett -)

14 = 8 – 1

Partita tal-Memorandum:

 

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji

15


Tabella 1C

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Nefqa finali għal konsum

1 = 2 + 3

1 = 1A.29 + 1A.31 + 4 + 5 + 6 + 7 – 1A.19

Nefqa għal konsum individwali

2

Nefqa għal konsum kollettiv

3

Trasferimenti soċjali mhux fi flus — produzzjoni tas-suq mixtrija

4

Konsum tal-kapital fiss

5

Taxxi fuq produzzjoni mħallsa bit-tnaqqis tas-sussidji riċevuti

6

Bilanċ favorevoli tal-operat nett

7

Partiti tal-Memorandum:

 

Nefqa finali għal konsum bil-prezzijiet tas-sena preċedenti

8

Investiment tal-Gvern bi prezzijiet tas-sena ta' qabel

9

Prodott domestiku gross GDP) bil-prezzijiet kurrenti

10

GDP bil-prezzijiet tas-sena preċedenti

11

Statistika dwar l-aġġustament tad-defiċit-dejn

Tabella 2A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji

1 = [1A.1] – 2

Tranżazzjonijiet finanzjarji nett (konsolidati)

2 = 3 – 15

Attiv finanzjarju (konsolidat)

3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 11 + 12 + 13

Munita u depożiti

4

Titoli ta' dejn

5

Self

6

Ishma jew unitajiet ta' ekwità u fondi tal-investiment

7

Privatizzazzjonijiet (nett)

8

Injezzjonijiet ta' ekwità (nett)

9

Oħra

10

Skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal- pensjoni u standardizzati

11

Derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati

12

Attiv finanzjarju ieħor

13

li minnu: taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali akkumulati imma mhux imħallsa

14

Passiv (konsolidat)

15 = 16 + 17 + 18 + 19 + 21 + 22 + 23

Munita u depożiti

16

Titoli ta' dejn fuq żmien qasir

17

Titoli ta' dejn fuq żmien twil

18

Self

19

li minnu: self mill-bank ċentrali

20

Skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal- pensjoni u standardizzati

21

Derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati

22

Passiv ieħor

23

Ħtieġa ta' self tal-gvern ġenerali

24 = 16 + 17 + 18 + 19

24 = 26 + 27 + 28

24 = 1 – [1A.1] + 3 – 21 – 22 – 23

li minnu: fuq żmien twil

25

Denominat f'munita nazzjonali

26

Denominat f'muniti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro

27

Denominat f'muniti oħra

28

Flussi oħra

29 = 30 + 33

Effetti ta' rivalutazzjoni fuq id-dejn

30 = 31 + 32

Qligħ u telf f'investiment f'kambju barrani

31

Effetti oħra ta' rivalutazzjoni — valur nominali

32 = 34 – 24 – 31 – 33

Bidliet oħra fil-volum tad-dejn

33

Bidla fid-dejn tal-gvern

34 = 24 + 29

34 = 1 – [1A.1] + 3 – 21 – 22 – 23 + 29

34 = [3A.1][t] – [3A.1][t – 1]


Tabella 2B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Tranżazzjonijiet fi strumenti tad-dejn tal-gvern (mhux konsolidati)

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

Munita u depożiti

2

Titoli ta' dejn fuq żmien qasir

3

Titoli ta' dejn fuq żmien twil

4

Self mill-bank ċentrali

5

Self ieħor

6

Tranżazzjonijiet li jikkonsolidaw

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Munita u depożiti

8 = 2 – [2A.16]

Titoli ta' dejn fuq żmien qasir

9 = 3 – [2A.17]

Titoli ta' dejn fuq żmien twil

10 = 4 – [2A.18]

Self

11 = 6 – ([2A.19] – [2A.20])

Statistika tad-dejn tal-Gvern

Tabella 3A

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-Gvern (konsolidat)

1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6

1 = 7 + 12

1 = 13 + 14 + 15

1 = 16 + 17

1 = 19 + 20 + 22

Munita u depożiti

2

Titoli ta' dejn fuq żmien qasir

3

Titoli ta' dejn fuq żmien twil

4

Self mill-bank ċentrali

5

Self ieħor

6

Miżmum minn residenti tal-Istat Membru

7 = 8 + 9 + 10 + 11

Bank ċentrali

8

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra

9

Istituzzjonijiet finanzjarji oħra

10

Residenti oħra

11

Miżmum minn dawk li mhumiex residenti tal-Istat Membru

12

Denominat f'munita nazzjonali

13

Denominat f'muniti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro

14

Denominat f'muniti oħra

15

Dejn fuq żmien qasir

16

Dejn fuq żmien twil

17

li tiegħu: rata tal-imgħax varjabbli

18

Maturita' residwa sa sena

19

Maturita' residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin

20

li tagħha: rata ta' imgħax varjabbli

21

Maturita' residwa ta' aktar minn ħames snin

22

li tagħha: rata ta' imgħax varjabbli

23

Partiti tal-Memorandum:

 

Maturita' residwa medja ta' dejn

24

Dejn tal-Gvern — bonds bla imgħax

25


Tabella 3B

Kategorija

Numru u relazzjoni lineari

Dejn tal-Gvern (mhux konsolidat bejn is-subsetturi)

1 = 7 + 9 + 11 + 13

Elementi konsolidattivi

2 = 3 + 4 + 5 + 6

2 = 8 + 10 + 12 + 14

2 = 15 + 16 + 17 + 18

Munita u depożiti

3

Titoli fuq żmien qasir

4

Titoli fuq żmien twil

5

Self

6

Maħruġ mill-gvern ċentrali (konsolidat)

7

li minnu: miżmum minn sottosetturi oħra tal-gvern

8

Maħruġ mill-gvern statali (konsolidat)

9

li minnu: miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

10

Maħruġ mill-gvern lokali (konsolidat)

11

li minnu: miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

12

Maħruġ minn fondi tas-sigurta' soċjali (konsolidat)

13

li minnu: miżmum minn subsetturi oħra tal-gvern

14

Partiti tal-memorandum:

 

Parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' gvern ċentrali f'dejn maħruġ minn subsetturi oħra tal-gvern

15

Parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' gvern statali f'dejn maħruġ minn subsetturi oħra tal-gvern

16

Parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' gvern lokali f'dejn maħruġ minn subsetturi oħra tal-gvern

17

Parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' fondi tas-sigurta' soċjali ta' dejn maħruġ minn subsetturi oħra tal-gvern

18”

2.

L-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2013/23 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI

1.   Definizzjonijiet ta' setturi u subsetturi

Setturi u subsetturi fl-ESA 2010

Ekonomija totali

S.1

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

S.11

Korporazzjonijiet finanzjarji

S.12

Bank ċentrali

S.121

Korporazzjonijiet li jieħdu d-depożiti, ħlief għall-bank ċentrali

S.122

Fondi tas-suq tal-flus

S.123

Fondi tal-investiment mhux MMF

S.124

Intermedjarji finanzjarji oħra, ħlief korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S.125

Awżiljarji finanzjarji

S.126

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus

S.127

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni

S.128

Fondi tal-pensjoni

S.129

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji

S.121 + S.122 + S.123

Gvern ġenerali

S.13

Gvern ċentrali (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1311

Gvern statali (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1312

Gvern lokali (eskluża s-sigurtà soċjali)

S.1313

Fondi tas-sigurtà soċjali

S.1314

Unitajiet domestiċi

S.14

Istituzzjonijiet li joperaw bla qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi

S.15

Il-bqija tad-dinja

S.2

Stati Membri u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea (UE)

S.21

Stati Membri tal-UE

S.211

Istituzzjonijiet u korpi tal-UE

S.212

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

S.2121

Istituzzjonijiet u korpi Ewropej, ħlief il-BĊE

S.2122

Pajjiżi mhux membri u organizzazzjonijiet internazzjonali mhux residenti fl-UE

S.22

2.   Definizzjonijiet tal-kategoriji  (1)  (2)

Tabella 1A

1.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1A.1] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta' S.13, huwa ugwali għad-dħul totali [1A.7] bin-nefqa totali mnaqqsa [1A.22], u huma l-istess bħad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern ċentrali [1A.3], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern statali [1A.4], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern lokali [1A.5], flimkien mad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali [1A.6].

2.

Id-defiċit primarju (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1A.2] huwa ugwali għad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1A.1], flimkien mal-imgħax pagabbli [1A.28].

3.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern ċentrali [1A.3] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta' S.1311.

4.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern statali [1A.4] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta' S.1312.

5.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) tal-gvern lokali [1A.5] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta' S.1313.

6.

Id-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) ta' fondi tas-sigurtà soċjali [1A.6] huwa ugwali għas-self nett (+)/self nett (–) (B.9) ta' S.1314.

7.

Id-dħul totali [1A.7] huwa ugwali għad-dħul kurrenti totali [1A.8], flimkien mad-dħul kapitali totali [1A.20].

8.

Id-dħul kapitali totali [1A.8] huwa ugwali għat-taxxi diretti [1A.9], flimkien mat-taxxi indiretti [1A.12], flimkien ma' kontribuzzjonijiet soċjali netti [1A.14], flimkien ma' dħul kurrenti ieħor [1A.17], flimkien ma' bejgħ [1A.19].

9.

It-taxxi diretti [1A.9] huma ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, etċ. (D.5) irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

10.

It-taxxi diretti li parti minnhom hija pagabbli minn korporazzjonijiet [1A.10] huma ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, etċ. (D.5) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13 u l-użi ta' S.11 u S.12.

11.

It-taxxi diretti li parti minnhom hija pagabbli minn unitajiet domestiċi [1A.11] huma l-istess bhahuwa ugwali t-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, etċ. (D.5) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13 u użi ta' S.14.

12.

It-taxxi indiretti [1A.12] huma ugwali għat-taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet (D.2) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13.

13.

It-taxxi indiretti li tagħhom it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) [1A.13] huma ugwali għat-tip ta' taxxi fuq il-valur miżjud (D.211) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13.

14.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti [1A.14] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali (D.61) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13.

15.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem [1A.15] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem (D.611) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13.

16.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali netti li minnhom il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali tal-unitajiet domestiċi [1A.16] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali attwali tal-unitajiet domestiċi (D.613) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13.

17.

Id-dħul kurrenti ieħor [1A.17] huwa ugwali għad-dħul mill-propjeta' (D.4), flimkien ma' trasferimenti kurrenti oħra (D.7) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13, ħlief S.13 riżorsi ta' imgħax (D.41) li huma wkoll użui ta' S.13, flimkien ma' riċevuti ta' sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) li huma użi ta' S.13.

18.

Id-dħul kurrenti ieħor li parti minnu l-imgħax li huwa riċevibbli [1A.18] huwa ugwali għall-imgħax (D.41) irreġistrat fost ir-riżorsi ta' S.13 u użi tas-setturi kollha ħlief S.13.

19.

Il-bejgħ [1A.19] huwa ugwali għall-output tas-suq (P.11), flimkien ma' output għall-użu finali (P.12), flimkien ma' pagamenti għal output ieħor mhux tas-suq (P.131) irreġistrat fost ir-riżorsi ta' S.13.

20.

Id-dħul kapitali totali [1A.20] huwa l-istess bħat-trasferimenti kapitali riċevibbli (D.9) irrekordjati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13, u rreġistrat bħala trasferiment kapitali pagabbli mis-setturi kollha ħlief S.13.

21.

Id-dħul kapitali totali li minnu t-taxxi kapitali [1A.21] huma ugwali għat-taxxi kapitali (D.91) irreġistrat fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

22.

In-nefqa totali [1A.22] hija ugwali għan-nefqa totali kurrenti [1A.23], flimkien man-nefqa kapitali totali [1A.32].

23.

In-nefqa totali kurrenti [1A.23] hija ugwali għat-trasferimenti kurrenti [1A.24], flimkien ma' imgħax pagabbli [1A.28], flimkien ma' kumpens lill-impjegati [1A.29], flimkien ma' konsum intermedju [1A.31].

24.

It-trasferimenti kurrenti [1A.24] huma ugwali għall-pagamenti soċjali [1A.25], flimkien ma' sussidji pagabbli [1A.26], flimkien man-nefqa kurrenti oħra.

25.

Il-pagamenti soċjali [1A.25] huma ugwali għall-benefiċċji soċjali minbarra t-trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62), flimkien ma' trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati mal-produzzjoni tas-suq mixtrija mill-gvern ġenerali (D.632) irreġistrati fost l-utenti ta' S.13, flimkien ma' trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost l-użi ta' S.13 u r-riżorsi ta' S.15.

26.

Is-sussidji pagabbli [1A.26] huma ugwali għat-tnaqqis tas-sussidji (– D.3) irreġistrat fost ir-riżorsi ta' S.13.

27.

In-nefqa kurrenti oħra [1A.27] huma ugwali għat-taxxi kurrenti fuq id-dħul, il-ġid, etċ. (D.5), flimkien ma' taxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29), flimkien mad-dħul fuq il-proprjetà (D.4) eskluż l-imgħax (D.41), flimkien ma' trasferimenti oħra kurrenti (D.7) irreġistrati fost l-użi ta' S.13 esklużi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost l-użi ta' S.13 u riżorsi ta' S.15, flimkien mal-aġġustament għat-tibdil fid-drittijiet għal pensjoni (D8) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

28.

L-imgħax pagabbli [1A.28] huwa ugwali għall-imgħax (D.41) irreġistrat fost l-użi ta' S.13 u r-riżorsi tas-setturi kollha ħlief S.13.

29.

Il-kumpens tal-impjegati [1A.29] huwa ugwali għall-kumpens tal-impjegati (D.1) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

30.

Il-kumpens tal-impjegati li minnhom il-pagi u s-salarji [1A.30] huwa ugwali għall-pagi u s-salarji (D.11) irreġistrati fost l-użi ta' S.13.

31.

Il-konsum intermedju [1A.31] huwa ugwali għall-konsum intermedju (P.2) irreġistrat fost l-użi ta' S.13.

32.

In-nefqa kapitali totali [1A.32] hija ugwali għall-investiment [1A.33], flimkien ma' akkwisti oħra nett ta' attiv mhux finanzjarju [1A.34], flimkien ma' trasferimenti ta' kapital pagabbli [1A.35].

33.

L-investiment [1A.33] huwa ugwali għall-formazzjoni ta' kapital fiss gross (P.51g) irreġistrat fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13.

34.

Akkwisti oħra nett ta' attiv mhux finanzjarju u tibdiliet fl-inventarji [1A.34] huma ugwali għat-tibdiliet fl-inventarji (P.52), flimkien ma' akkwisti bit-trasferiment ta' oġgetti ta' valur (P.53) imnaqqas, flimkien ma' akkwisti bit-trasferiment imnaqqas ta' attiv mhux finanzjarju u mhux prodott (NP) irreġistrat fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13.

35.

Trasferimenti ta' kapital pagabbli [1A.35] huma ugwali għat-trasferimenti ta' kapital (D.9) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13, u rreġistrati bħala trasferimenti kapital riċevibbli mis-setturi kollha ħlief S.13.

36.

Tfaddil gross [1A.36] huwa l-istess bħad-dħul kurrenti totali [1A.8], bin-nefqa kurrenti totali mnaqqsa [1A.23].

37.

Ir-rikavat minn bejgħ ta' sistemi ta' telekomunikazzjonijiet universali mobbli [1A.37] huwa ugwali għar-rikavat mill-bejgħ ta' liċenzji ta' servizz ta' telefon ċellulari tat-tielet ġenerazzjoni, irreġistrat bħala trasferiment ta' attiv mhux finanzjarju skont id-deċiżjoni tal-Eurostat dwar l-allokazzjoni ta' liċenzji ta' telefon ċellulari.

38.

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali [1A.38] huma ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta' min iħaddem (D.611) [1A.15], flimkien ma' kontribuzzjonijiet soċjali attwali tal-unitajiet domestiċi (D.613) [1A.16] irreġistrati fost ir-riżorsi ta' S.13.

39.

Benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus [1A.39] huma ugwali għall-benefiċċji soċjali minbarra trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62) irreġistrati fost l-użi ta' S.13.

Tabella 1B

1.

Id-dħul tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) mill-Istat Membru[1B.1] huwa ugwali għat-taxxi indiretti riċevibbli mill-baġit tal-UE [1B.2], flimkien ma' kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.4], flimkien ma' trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.5], flimkien ma' trasferimenti ta' kapital (D.9) pagabbli mill-gvern lill-baġit tal-UE [1B.7].

2.

It-taxxi indiretti [1B.2] huma ugwali għat-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) irreġistrati fost riżorsi ta' S.2122.

3.

Il-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti [1B.3] hija ugwali għall-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) irreġistrata fost riżorsi ta' S.2122 u użi ta' S.13.

4.

It-trasferimenti kurrenti mixxellanji u riżorsi proprji tal-UE[1B.4] huma ugwali għat-trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u riżorsi proprji fl-UE ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (GNI) il-GNI irreġistrati fost riżorsi ta' S.2122 u użi ta' S.13.

5.

It-trasferimenti kurrenti mixxellanji li minnhom ir-riżors ibbażat skont il-VAT [1B.5] huma ugwali għat-tielet riżors proprju (D.761) ibbażat fuq il-VAT irreġistrat fost riżorsi ta' S.2122 u użi ta' S.13.

6.

It-trasferimenti kurrenti mixxellanji li minnhom ir-raba' riżors proprju ibbażat fuq il-GNI [1B.6] huma ugwali għar-raba' riżors proprju bbażat fuq il-GNI (D.762) irreġistrat fost riżorsi ta' S.2122 u użi ta' S.13.

7.

It-trasferimenti ta' kapital [1B.7] huma ugwali għat-trasferimenti kapitali pagabbli (D.9) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u rreġistrati bħala trasferiment ta' kapital riċevibbli minn S.2122.

8.

In-nefqa tal-Istat Membru tal-baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8] hija ugwali għas-sussidji pagabbli (D.3) mill-baġit tal-UE [1B.9], flimkien ma' trasferimenti kurrenti oħra (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.10], flimkien ma' trasferimenti kurrenti oħra (D.7) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet li mhumiex tal-gvern [1B.11], flimkien ma' trasferimenti ta' kapital (D.9) pagabbli mill-baġit tal-UE lill-gvern [1B.12], flimkien ma' trasferimenti ta' kapital (D.9) ) pagabbli mill-baġit tal-UE lil unitajiet li mhumiex tal-gvern [1B.13].

9.

Is-sussidji [1B.9] huma ugwali għas-sussidji (D.3) irreġistrati fost l-użi ta' S.2122.

10.

It-trasferimenti kurrenti lill-gvern [1B.10] huma ugwali għall-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), flimkien ma' trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost riżorsi ta' S.13 u użi ta' S.2122.

11.

It-trasferimenti kurrenti lil unitajiet li mhumiex tal-gvern [1B.11] huma ugwali għat-trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irrekordjati fost użi ta' S.2122 u r-riżorsi tas-setturi kollha ħlief S.13.

12.

It-trasferimenti ta' kapital lill-gvern [1B.12] huma ugwali għat-trasferimenti ta' kapital riċevibbli (D.9) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u fost tibdiliet fl-attiv ta' S.2122.

13.

It-trasferimenti ta' kapital lil unitajiet li mhumiex tal-gvern [1B.13] huma ugwali għat-trasferimenti ta' kapital pagabbli (D.9) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.2122 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

14.

Il-bilanċ tal-Istat Membru fil-konfront tal-baġit tal-UE (riċevitur nett +, pagatur nett –) [1B.14] huwa ugwali għan-nefqa tal- baġit tal-UE fl-Istat Membru [1B.8], bit-tnaqqis tad-dħul tal-baġit tal-UE mill-Istat Membru [1B.1].

15.

L-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.15] hija dik il-parti tal-output mhux tas-suq (P.13) irreġistrata fost riżorsi ta' S.13, jiġifieri, l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprju li jitħallsu mill-baġit tal-UE.

Tabella 1C

1.

In-nefqa tal-konsum finali [1C.1] hija ugwali għan-nefqa tal-konsum individwali (P.3) rreġistrata fost l-użu ta' S.13.

2.

In-nefqa tal-konsum individwali [1C.2] hija ugwalibħan-nefqa tal-konsum individwali (P.31) rrekordjata fost l-użu ta' S.13.

3.

In-nefqa tal-konsum kollettiv [1C.3] hija ugwali bħan-nefqa tal-konsum kollettiv (P.32) irrekordjata fost l-użu ta' S.13.

4.

It-trasferimenti soċjali mhux fi flus — produzzjoni tas-suq mixtrija [1C.4] huma ugwali bħat-trasferimenti soċjali mhux fi flus — produzzjoni tas-suq mixtrija (D.632) rrekordjata fost l-użu ta' S.13.

5.

Il-konsum ta' kapital fiss [1C.5] huwa ugwali bhall-konsum ta' kapital fiss (P.51c) irrekordjat fost it-tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

6.

It-taxxi mħallsin fuq produzzjoni mnaqqsin b'sussidji riċevuti [1C.6] huma ugwali bħall-pagamenti ta' taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irrekordjati fost l-użu ta' S.13, imnaqqsin bir-riċevuta ta' sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) irrekordjati fost l-użu ta' S.13.

7.

Il-bilanċ a favur operattiv nett [1C.7] huwa ugwali bħall-bilanċ favorevoli operattiv, nett (B.2n) ta' S.13.

8.

In-nefqa tal-konsum finali bi prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.8] hija ugwali għall-volum chain-linked tan-nefqa tal-konsum finali (P.3), irreġistrat fost l-utenti ta' S.13, bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

9.

L-investiment tal-gvern bi prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.9] huwa ugwali għall-volum chain-linked tal-formazzjoni tal-kapital fiss gross (P.51g), irreġistrat fost tibdiliet f'attiv ta' S.13, skont prezzijiet tas-sena preċedenti.

10.

Il-prodott domestiku gross (GDP) bi prezzijiet kurrenti [1C.10] huwa ugwali għall-GDP (B.1*g) bi prezzijiet tas-suq.

11.

Il-GDP bi prezzijiet tas-sena preċedenti [1C.11] huwa l-istess bħall-volum chain-linked tal-GDP (B1*g) bi prezzijiet tas-sena preċedenti.

Tabella 2A

1.

L-aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u dawk mhux finanzjarji [2A.1] huwa ugwali għad-defiċit (–) jew il-bilanċ favorevoli (+) [1A.1], bit-tnaqqis tat-tranżazzjonijiet nett fl-attiv u l-passiv finanzjarju [2A.2].

2.

It-tranżazzjonijiet nett fl-attiv u l-passiv finanzjarju (konsolidat) [2A.2] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet fl-akkwist nett ta' attiv finanzjarju [2A.3], bit-tnaqqis tal-inkurżjoni netta ta' tranżazzjonijiet fil-passiv [2A.15].

3.

It-tranżazzjonijiet fl-attiv finanzjarju (konsolidat) [2A.3] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet konsolidati f'munita u depożiti (F.2) [2A.4], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn (F.3) [2A.5], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'self (F.4) [2A.6], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'ishma jew unitajiet f'ekwità u fondi ta' investiment (F.5) [2A.7], flimkien ma' tranżazzjonijiet fl-assigurazzjoni, il-pensjoni u skemi standardizzati ta' garanzija (F.6) [2A.11], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati (F.7) [2A.12], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'attiv finanzjarju ieħor [2A.13], irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

4.

It-tranżazzjonijiet f'munita u depożiti [2A.4] huma ugwali għall-akkwist nett ta' munita u depożiti (F.2) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

5.

It-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn [2A.5] huma ugwali għall-akkwist nett ta' titoli ta' dejn (F.3), irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

6.

It-tranżazzjonijiet f'self [2A.6] huma ugwali għal self ġdid (F.4) avvanzat mill-gvern, imnaqqas mill-pagamenti lura netti lill-gvern, irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

7.

It-tranżazzjonijiet f'ishma jew unitajiet f'ekwità u fondi ta' investment [2A.7] huma ugwali għall-akkwist nett ta' ishma jew unitajiet ekwità u fondi ta' investment (F.5) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

8.

Il-privatizzazzjonijiet (netti) [2A.8] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet f'ishma jew unitajiet f'ekwità u fondi ta' investment (F.5) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.11 jew S.12 li jitwettqu fil-proċess tar-rilaxx jew tal-akkwist tal-kontroll (KSE 2010 paragrafi 2.36 sa 2.39) tal-unita' tad-debitur permezz ta' S.13; dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jitwettqu permezz ta' S.13 direttament mal-unita' tad-debitur, jew ma' unita' oħra ta' kreditur.

9.

L-injezzjonijiet ta' ekwità (nett) [2A.9] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet f'ishma jew unitajiet f'ekwità u fondi ta' investment (F.5) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.11 jew S.12 li ma jitwettqux fil-proċess tar-rilaxx jew tal-akkwist tal-kontroll tal-unita' tad-debitur permezz ta' S.13 u li jitwettqu permezz ta' S.13 direttament mal-unita' tad-debitur.

10.

Oħrajn [2A.10] hija ugwali għat-tranżazzjonijiet f'ishma jew unitajiet f'ekwità u fondi ta' investiment (F.5) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13 li ma jitwettqux fil-proċess tar-rilaxx jew tal-akkwist tal-kuntroll tal-unita' tad-debitur permezz ta' S.13 u ma jitwettqux permezz ta' S.13 direttament mal-unita' tad-debitur, imma ma' unita' ta' kreditur ieħor.

11.

It-tranżazzjonijiet fl-iskemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u dawk standardizzati [2A.11] huma ugwali għall-akkwist nett ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u dawk standardizzati (F.6), irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

12.

It-tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati [2A.12] huma ugwali għall-ħlasijiet netti fir-rigward tad-derivati finanzjarji u l-options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati (F.7), irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

13.

It-tranżazzjonijiet f'attiv finanzjarju ieħor [2A.13] huma ugwali għall-akkwist nett ta' deheb monetarju u drittijiet specjali ta' ġbid (SDRs) (F.1) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13, flimkien ma' kontijiet oħra riċevibbli (F.8)) irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

14.

It-tranżazzjonijiet f'attiv finanzjarju ieħor li parti minnhom huma taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali li jkunu akkumulaw imma li jkunu għadhom ma tħallsux [2A.14] huma ugwali għal dik il-parti ta' kontijiet oħra riċevibbli (F.8 attiv) relatati mat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali rreġistrati f'D.2, D.5, D.61 u D.91, bit-tnaqqis tal-ammonti ta' taxxi attwalment miġbura, irreġistrati fost tibdiliet fl-attiv ta' S.13 u tibdiliet fil-passiv u l-valur nett tas-setturi kollha ħlief S.13.

15.

It-tranżazzjonijiet fil-passiv (konsolidat) [2A.15] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet konsolidati f'munita u depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir (F.31) [2A.17], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien twil (F.32) [2A.18], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'self (F.4) [2A.19], flimkien ma' tranżazzjonijiet fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u dawk standardizzati (F.6) [2A.21], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati (F.7) [2A.22], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'passiv ieħor [2A.23], irreġistrati fost tibdiliet u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

16.

It-tranżazzjonijiet f'munita u depożiti [2A.16] huma ugwali għall-akkwist nett ta' munita u depożiti (F.2) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

17.

It-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2A.17] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta' titoli ta' dejn fuq żmien qasir (F.31), li l-maturita' oriġinali tagħhom hija ta' sena jew anqas, irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

18.

It-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien twil [2A.18] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta' titoli ta' dejn fuq żmien twil (F.32), li l-maturita' oriġinali tagħhom hija ta' aktar minn sena, irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

19.

It-tranżazzjonijiet f'self [2A.19] huma ugwali għal self ġdid (F.4) missellef, bil-ħlasijiet lura ta' self eżistenti imnaqqas, irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

20.

It-tranżazzjonijiet f'self li parti minnhom huma self minn bank ċentrali [2A.20] huma ugwali għat-tranżazzjonijiet f'self (F.4) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv ta' S.121.

21.

It-tranżazzjonijiet fi skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u dawk standardizzati [2A.21] huma ugwali għall-akkwist nett ta' skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni, tal-pensjoni u dawk standardizzati (F.6), irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

22.

It-tranżazzjonijiet f'derivattivi finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati [2A.22] huma ugwali għar-riċevui netti fir-rigward tad-derivati finanzjarji u options ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-impjegati (F.7) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha S.13.

23.

It-tranżazzjonijiet f'passiv ieħor [2A.23] huma ugwali għall-inkurżjoni netta ta' deheb monetarju u SDRs (F.1) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13, flimkien ma' ishma jew unitajiet ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji u fondi ta' investiment (F.5) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13, flimkien ma' kontijiet oħra pagabbli (F.8) irreġistrati fost il-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi kollha ħlief S.13.

24.

L-obbligu ta' self tal-gvern [2A.24] huwa ugwali għall-inkurżjoni nett ta' passiv fil-munita u d-depożiti (F.2) [2A.16], flimkien ma' titoli ta' dejn [2A.17 u 2A.18] (F.3), flimkien ma' self (F.4) [2A.19]. Huwa ugwali ukoll għal tranżazzjonijiet konsolidati fi strumenti tad-dejn tal-gvern.

25.

It-tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien twil [2A.25] huma ugwali għall-inkurżjoni nett ta' passiv ta' strumenti ta' dejn [2A.24] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' 'l fuq minn sena.

26.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn denominati f'munita nazzjonali [2A.26] huma ugwali għall-inkurżjoni nett tal-passiv fi strumenti ta' dejn [2A.24] denominati fil-valuta legali tal-Istat Membru.

27.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn denominati f'muniti tal-Istati Membru taż-żona euro [2A.27] huma ugwali għall-inkurżjoni nett tal-passiv fi strumenti ta' dejn [2A.24] denominati f'ecus, flimkien ma' strumenti ta' dejn denominati f'euro qabel ma dak l-Istat Membru jadotta l-euro, flimkien ma' strumenti ta' dejn denominati fil-valuta legali ta' Stat Membru taż-żona tal-euro qabel ma dak l-Istat ikun sar Membru taż-żona tal-euro.

28.

It-tranżazzjonijiet fi strumenti ta' dejn denominati f'muniti oħra [2A.28] huma ugwali għall-inkurżjoni nett ta' passiv fi strumenti ta' dejn [2A.24] mhux inklużi [2A.26] jew [2A.27].

29.

Flussi oħra [2A.29] huma ugwali għall-effetti ta' rivalutazzjoni fuq id-dejn [2A.30], flimkien ma' tibdiliet oħra fil-volum tad-dejn [2A.33].

30.

L-effetti ta' rivalutazzjoni fuq id-dejn [2A.30] huma ugwali għall-qligħ u t-telf ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' kambju fi flus barranin [2A.31], flimkien ma' effetti oħra ta' rivalutazzjoni — valur nominali [2A.32].

31.

Il-qligħ u t-telf ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' kambju fi flus barranin [2A.31] huma ugwali għall-qligħ u t-telf ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji nominali (K.7) ta' dejn [3A.1] li jibdlu l-valur meta skambjati f'munita nazzjonali minħabba bidliet fir-rati tal-kambju tal-munita.

32.

Effetti oħra ta' rivalutazzjoni — valur nominali [2A.32] huma ugwali għal tibdiliet fid-dejn [2A.34], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet fl-istrumenti tad-dejn (konsolidat) [2A.24], bit-tnaqqis tal-qligħ u t-telf ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' kambju fi flus barranin [2A.31], bit-tnaqqis ta' tibdiliet oħra fil-volum tad-dejn [2A.33].

33.

Tibdiliet oħra fil-volum tad-dejn [2A.33] huma ugwali għal tibdiliet oħra fil-volum (K.1, K.2, K.3, K.4, K.5 u K.6) f'passiv ikklassifikati jew bħala munita u depożiti (AF.2), titoli ta' dejn (AF.3), jew self (AF.4), li mhumiex attiv ta' S.13.

34.

Bidla fid-dejn tal-gvern [2A.34] hija ugwali għad-dejn [3A.1] fis-sena t, bit-tnaqqis tad-dejn [3A.1] fis-sena t-1.

Tabella 2B

1.

Tranżazzjonijiet fi strumenti tad-dejn tal-gvern (mhux konsolidati) [2B.1] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'munita u depożiti [2B.2], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2B.3], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn għal żmien twil [2B.4], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'self mill-bank ċentrali [2B.5], flimkien ma' tranżazzjonijiet f'self ieħor [2B.6].

2.

Tranżazzjonijiet f'munita u depożiti [2B.2] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'munita u depożiti (F.2) irreġistrati fost it-tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

3.

Tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2B.3] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'titoli ta' dejn, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' sena jew anqas (F.31), irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

4.

Tranżazzjonijiet f'titoli ta' dejn fuq żmien [2B.4] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'titoli ta' dejn, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' aktar minn sena (F.32), irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13.

5.

Tranżazzjonijiet f'self minn bank ċentrali [2B.5] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'self (F.4) irreġistrati fost tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv ta' S.121.

6.

Tranżazzjonijiet f'self ieħor [2B.6] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'self (F.4) irreġistrati f'tibdiliet fil-passiv u l-valur nett ta' S.13 u tibdiliet fl-attiv tas-setturi ħlief S.121.

7.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi [2B.7] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidattivi fi strumenti tad-dejn [2B.1], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet konsolidattivi fi strumenti tad-dejn [2A.24].

8.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi — munita u depożiti [2B.8] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidattivi f'munita u depożiti [2B.2], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet konsolidattivi f'munita u depożiti [2A.16].

9.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi — titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2B.9] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2B.3], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [2A.17].

10.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi — titoli fuq żmien twil [2B.10] huma ugwali għal tranżazzjonijiet mhux konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien twil [2B.4], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien twil [2A.18].

11.

Tranżazzjonijiet konsolidattivi — self [2B.11] huma l-istess bħal tranżazzjonijiet mhux konsolidati f'self ieħor [2B.6], bit-tnaqqis ta' tranżazzjonijiet konsolidati f'self [2A.19] flimkien ma' tranżazzjonijiet konsolidati f'self li parti minnhom huwa self minn bank ċentrali [2A.20].

Tabella 3A

1.

Id-dejn tal-gvern (konsolidat) [3A.1] huwa ugwali għad-dejn kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 479/2009. Huwa wkoll ugwali għall-passiv konsolidat ta' S.13 fil-munita tal-istrument u d-depożiti [3A.2], flimkien ma' titoli ta' dejn fuq żmien qasir [3A.3], flimkien ma' titoli ta' dejn fuq żmien twil [3A.4], flimkien ma' self mill-bank ċentrali [3A.5], flimkien ma' self ieħor [3A.6].

2.

Id-dejn — munita u depożiti [3A.2] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-munita u d-depożiti tal-istrument (AF.2).

3.

Id-dejn — titoli ta' dejn fuq żmien qasir [3A.3] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fit-titoli ta' dejn ta' strumenti li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' sena jew anqas (AF.31).

4.

Id-dejn — titoli ta' dejn fuq żmien twil [3A.4] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fit-titoli ta' dejn tal-istrument, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta' aktar minn sena (AF.32).

5.

Id-dejn — self mill-bank ċentrali [3A.5] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fis-self tal-istrument (AF.4) li huwa attiv ta' S.121.

6.

Id-dejn — self ieħor [3A.6] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fis-self tal-istrument (AF.4) li mhuwiex attiv ta' S.121.

7.

Id-dejn miżmum minn residenti tal-Istat Membru [3A.7] huwa ugwali għad-dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8], flimkien ma' dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9], flimkien ma' dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10], flimkien ma' dejn miżmum minn residenti oħra tal-Istat Membru [3A.11].

8.

Id-dejn miżmum mill-bank ċentrali [3A.8] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li huwa attiv ta' S.121.

9.

Id-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li huwa attiv ta' S.122 jew S.123.

10.

Id-dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li huwa attiv ta' S.124, S.125, S.126, S.127, S.128 jew S.129.

11.

Id-dejn miżmum minn residenti oħra [3A.11] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li huwa attiv ta' S.11, S.14 jew S.15.

12.

Id-dejn miżmum minn dawk li mhumiex residenti tal-Istat Membru [3A.12] huwa l-istess bħal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li huwa attiv ta' S.2.

13.

Id-dejn denominat f'munita nazzjonali [3A.13] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominat fil-valuta legali tal-Istat Membru.

14.

Id-dejn denominat f'muniti ta' Stati Membri taż-żona tal-euro [3A.14] huwa ugwali għal — qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru taż-żona tal-euro — dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominat fil-valuta legali ta' wieħed mill-Istati Membri taż-żona tal-euro (minbarra munita nazzjonali [3A.13]), flimkien ma' dejn denominat f'ecus jew euro.

15.

Id-dejn denominat f'muniti oħra [3A.15] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] mhux inkluż f' [3A.13] jew [3A.14].

16.

Id-dejn fuq żmien qasir [3A.16] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta' sena u anqas.

17.

Id-dejn fuq żmien twil [3A.17] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturitaà oriġinali tiegħu hija ta' aktar minn sena.

18.

Id-dejn fuq żmien twil li r-rata varjabbli tal-imgħax tiegħu [3A.18] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn fuq żmien twil [3A.17] li r-rata tal-imgħax tiegħu hija varjabbli.

19.

Id-dejn b'maturità residwa sa sena [3A.19] huwa l-istess bħal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b'maturità residwa ta' sena u anqas.

20.

Id-dejn b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin [3A.20] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin.

21.

Id-dejn b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin li r-rata varjabbli tal-imgħax tiegħu [3A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn sena u sa ħames snin [3A.20] li r-rata tal-imgħax tiegħu hija varjabbli.

22.

Id-dejn b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin [3A.22] huwa ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin.

23.

Id-dejn b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin li r-rata varjabbli tal-imgħax tiegħu [3A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b'maturità residwa ta' aktar minn ħames snin [3A.22] li r-rata tal-imgħax tiegħu hija varjabbli.

24.

Il-maturità residwa medja ta' dejn [3A.24] hija ugwali għall-maturità residwa medja ppeżata bl-ammonti dovuti, imfissra fi snin.

25.

Id-dejn tal-gvern — bonds bla imgħax [3A.25] huma ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-forma ta' bonds bla imgħax, jiġifieri bonds mingħajr ħlasijiet perijodiċi, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet fiż-żmien tal-fidi u dak tal-ħruġ.

Tabella 3B

1.

Id-dejn tal-gvern (mhux konsolidat bejn is-sottsetturi) [3B.1] huwa ugwali għall-passiv mhux konsolidat ta' S.13, eskluż (a) il-passiv ta' S.1311 li huwa simultanjament attiv ta' S.1311, (b) il-passiv ta' S.1312 li huwa simultanjament attiv ta' S.1312; (ċ) il-passiv ta' S.1313 li huwa simultanjament attiv ta' S.1313 u (d) l-passiv ta' S.1314 li huwa simultanjament attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn tal-gvern [3A.1].

2.

L-elementi konsolidattivi [3B.2] huma ugwali għall-passiv ta' S.13 li huwa simultanjament attiv ta' S.13 esklużi (a) il-passiv ta' S.1311 li huwa simultanjament attiv ta' S.1311, (b) il-passiv ta' S.1312 li huwa simultanjament attiv ta' S.1312, (ċ) il-passiv ta' S.1313 li huwa simultanjament attiv ta' S.1313 u (d) l-passiv ta' S.1314 li huwa simultanjament attiv ta' S.1314, fil-munita tal-istrument u d-depożiti [3B.3], flimkien ma' titoli ta' dejn fuq żmien qasir [3B.4], flimkien ma' titoli fuq żmien twil [3B.5], flimkien ma' self [3B.6].

3.

L-elementi konsolidattivi f'munita u depożiti [3B.3] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fil-munita tal-istrument u d-depożiti (F.2).

4.

L-elementi konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien qasir [3B.4] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta' dejn tal-istrument li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta' sena jew iżjed (F.31).

5.

L-elementi konsolidattivi f'titoli ta' dejn fuq żmien twil qasir [3B.5] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fit-titoli ta' dejn tal-istrument, li l-maturità oriġinali tiegħu hija ta' aktar minn sena (F.32).

6.

L-elementi konsolidattivi f'self [3B.6] huma ugwali għal dik il-parti tal-elementi konsolidattivi [3B.2] fis-self tal-istrument (F.4).

7.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali (konsolidat) [3B.7] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1311, li mhumiex attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

8.

Id-dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li parti minnu huwa miżmum minn sottosetturi oħra tal-gvern [3B.8] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1311 li huwa attiv ta' S.1312, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

9.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali (konsolidat) [3B.9] huwa l-istess bħall-passiv ta' S.1312, li mhuwiex attiv ta' S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

10.

Id-dejn maħruġ mill-gvern statali li parti minnu huwa miżmum minn sottosetturi oħra tal-gvern [3B.10] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1312 li huwa attiv ta' S.1311, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

11.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali (konsolidat) [3B.11] huwa l-istess bħall-passiv ta' S.1313, li mhuwiex attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

12.

Id-dejn maħruġ mill-gvern lokali li parti minnu huwa miżmum minn sottosetturi oħra tal-gvern [3B.12] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1313 li huwa attiv ta' S.1311, S.1312 jew S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

13.

Id-dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali (konsolidat) [3B.13] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314, li mhuwiex attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

14.

Id-dejn maħruġ minn fondi tas-sigurtà soċjali li parti minnu huwa miżmum minn sottosetturi oħra tal-gvern [3B.14] huwa ugwali għall-passiv ta' S.1314 li huwa attiv ta' S.1311, S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

15.

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji mill-gvern ċentrali ta' dejn maħruġa skont unitajiet f'subsetturi oħra tal-gvern [3B.15] huma ugwali għall-passiv ta' S.1312, S.1313 jew S.1314 li huma attiv ta' S.1311, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

16.

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji mill-gvern statali ta' dejn maħruġin skont unitajiet f'subsetturi oħra tal-gvern [3B.16] huma ugwali għall-passiv ta' S.1311, S.1313 jew S.1314 li huma attiv ta' S.1312, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

17.

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji mill-gvern lokali ta' dejn maħruġin skont unitajiet f'subsetturi oħra tal-gvern [3B.17] huma ugwali għall-passiv ta' S.1311, S.1312 jew S.1314 li huma attiv ta' S.1313, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].

18.

Il-parteċipazzjonijiet azzjonarji minn fondi tas-sigurtà soċjali ta' dejn maħruġa minn taqsimiet f'subsetturi oħra tal-gvern [3B.18] huma ugwali għall-passiv ta' S.1311, S.1312 jew S.1313 li huma attiv ta' S.1314, fl-istess strumenti bħad-dejn [3A.1].”


(1)  [x.y] jirreferu għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

(2)  It-terminu ‘kategoriji’ jirreferi għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.


Top