EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0035(01)
2014/533/EU: Decision of the European Central Bank of 13 August 2014 on the identification of TARGET2 as a systemically important payment system pursuant to Regulation (EU) No 795/2014 on oversight requirements for systemically important payment systems (ECB/2014/35)
2014/533/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta' Awwissu 2014 dwar l-identifikazzjoni ta' TARGET2 bħala sistema ta' ħlas sistemikament importanti skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar il-ħtiġijiet tas-sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/35)
2014/533/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta' Awwissu 2014 dwar l-identifikazzjoni ta' TARGET2 bħala sistema ta' ħlas sistemikament importanti skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar il-ħtiġijiet tas-sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/35)
OJ L 245, 20.8.2014, p. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/5 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-13 ta' Awwissu 2014
dwar l-identifikazzjoni ta' TARGET2 bħala sistema ta' ħlas sistemikament importanti skont ir-Regolament (UE) Nru 795/2014 dwar il-ħtiġijiet tas-sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti
(BĊE/2014/35)
(2014/533/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-ewwel inċiż tal-Artiklu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Lulju 2014 dwar il-ħtiġijiet tas-sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 1(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż tal-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jagħti s-setgħa lill-Eurosistema sabiex tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas. |
(2) |
L-Eurosistema tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas, inter alia, billi twettaq sorveljanza. |
(3) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) implimenta l-prinċipji għal infrastrutturi tas-suq finanzjarju maħruġa mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Ħlas u Saldu (Committee on Payment and Settlement Systems — “CPSS”) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (Bank for International Settlements — “BIS”) u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organization of Securities Commissions — “IOSCO”) (iktar 'il quddiem il-“Prinċipji CPSS-IOSCO”), li jarmonizzaw u jsaħħu standards ta' sorveljanza internazzjonali eżistenti għal, inter alia, sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (systemically important payment systems — SIPS), permezz tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28). |
(4) |
Sabiex iwettaq l-eżerċizzju ta' identifikazzjoni skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) għal TARGET2, il-Kunsill Governattiv qiegħed jivverifika li l-kriterju msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) huwa sodisfatt, u li tnejn mill-erba' kriterji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) huma sodisfatti, kif deskritt fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Għall-eżerċizzju ta' verifika li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni, intużat dejta pubblika għas-sena kalendarja 2012, flimkien ma' risposti għal stħarriġ tal-BĊE. |
(5) |
Taħt il-Linja Gwida BĊE/2012/27 (2) TARGET2 għandha struttura diċentralizzata li tgħaqqad flimkien bosta sistemi ta' ħlas. Is-sistemi komponenti tat-TARGET2 huma armonizzati sal-ogħla grad possibbli, b'ċerti eċċezzjonijiet fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. It-TARGET2 hija kkaratterizzata wkoll minn pjattaforma teknika unika msejħa l-Pjattaforma Komuni Unika. Il-Kunsill Governattiv għandu l-kompetenza finali fir-rigward tat-TARGET2 u jissalvagwardja l-funzjoni pubblika tiegħu: dan l-arranġament ta' governanza huwa rifless fis-sorveljanza ta' sistemi komponenti tat-TARGET2, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
It-termini użati f'din id-Deċiżjoni għandhom l-istess tifsira bħal dawk fir-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
Artikolu 2
Identifikazzjoni ta' SIPS u operatur ta' SIPS
1. Sistemi komponenti tat-TARGET2 li jissodisfaw il-kriterju tal-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28) għandhom jiġu identifikati b'mod kollettiv bħala sistema ta' ħlas sistemikament importanti għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
2. L-operaturi ta' sistemi komponenti tat-TARGET2 li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28).
Artikolu 3
Awtorità kompetenti
Il-BĊE għandu jkun l-awtorità kompetenti għas-sorveljanza tat-TARGET2.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta' Awwissu 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16.
(2) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).
ANNESS
Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2), mħaddma mill-Eurosistema mkejla kontra l-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28)
Kriterju |
TARGET2 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Komponenti tat-TARGET2 innotifikati bħala sistemi skont id-Direttiva 98/26/KE minn Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro:
Kriterju ssodisfat |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valur medju totali ta' kuljum ta' ħlasijiet ipproċessati ddenominati f'euro: EUR 2 777 triljun Kriterju ssodisfat |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Sistemi komponenti tat-TARGET2 jintużaw għall-ħlas tal-IFM Kriterju ssodisfat |
(1) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tal-ħlas f'sistemi ta' saldu ta' pagamenti u s-sistemi ta' ħlas ta' titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).