EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017HB0042
Recommendation of the European Central Bank of 15 December 2017 to the Council of the European Union on the external auditors of the European Central Bank (ECB/2017/42)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/42)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2017/42)
OJ C 444, 23.12.2017, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Diċembru 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2017/42)
(2017/C 444/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(3) |
Il-BĊE għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024), |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2018 sal-2022, bil-għażla li l-mandat jiġi estiż sa sentejn finanzjarji addizzjonali (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024).
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Diċembru 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI