EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015HB0014

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank (BĊE/2015/14)

OJ C 149, 6.5.2015, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 149/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Marzu 2015

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank

(BĊE/2015/14)

(2015/C 149/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Deutsche Bundesbank, Ernst & Young AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft Steuerberatungsgesellschaft, intemm bl-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Għalhekk huwa neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Deutsche Bundesbank għażel lil KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li KPMG AG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Deutsche Bundesbank għas-snin finanzjarji 2015 sa 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Marzu 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Top