EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014HB0014
Recommendation of the European Central Bank of 27 March 2014 concerning the common rules and minimum standards to protect the confidentiality of the statistical information collected by the European Central Bank assisted by the national central banks (ECB/2014/14)
Rakkomandazzjoni tal-BANK Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/14)
Rakkomandazzjoni tal-BANK Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/14)
OJ C 186, 18.6.2014, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 186/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Marzu 2014
dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali
(BĊE/2014/14)
2014/C 186/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 8a u 8b tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 (2) tistabbilixi r-regoli komuni u l-istandards minimi meħtieġa mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98, li jiżguraw livell bażiku ta’ protezzjoni tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema. |
(2) |
F’dan ir-rigward, filwaqt illi huwa rikonoxxut illi t-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE ma huwiex l-istess fir-rigward ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħal dak tal-Istati Membri b’deroga, l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew japplika fir-rigward tal-Istati Membri kollha, filwaqt illi dan il-fatt, flimkien mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika obbligu biex jiġu mfasslin u implimentati f’livell nazzjonali il-miżuri kollha li l-Istati Membri jqisu xierqa sabiex iwettqu l-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, u t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex l-Istati Membri b’deroga jadottaw l-euro (3). |
(3) |
Hemm żieda fil-ħtieġa li jsir skambju ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali fost il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SBĊ) għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I.
Applikazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/1998/NP28
Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 fir-rigward ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali riċevut mingħand membru ieħor tas-SEBĊ, u għandhom jikkonfermaw dan permezz ta’ ftehim konkluż mal-membri l-oħra tas-SEBĊ.
II.
Dispożizzjonijiet finali
1. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro, safejn tapplika u safejn dawk il-banek ċentrali nazzjonali jipparteċipaw fit-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali fi ħdan is-SEBĊ. |
2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2014. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Marzu 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku individwali miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 72).
(3) Ara l-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.