EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000O0015

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 1998 kif emendata bil-Linja gwida tas-16 ta' Novembru 2000 dwar il-komposizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizzjali ta' assi ta' valuta estera, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta' pretensjonijiet ekwivalenti(BĊE/2000/15)

OJ L 336, 30.12.2000, p. 114–117 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 001 P. 275 - 278
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 25 - 28
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 25 - 25
Special edition in Croatian: Information about publishing Official Journal Special Edition not found, P. 5 - 8

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2000/15/oj

32000O0015



Official Journal L 336 , 30/12/2000 P. 0114 - 0117


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-3 ta' Novembru 1998

kif emendata bil-Linja gwida tas-16 ta' Novembru 2000

dwar il-komposizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizzjali ta' assi ta' valuta estera, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta' pretensjonijiet ekwivalenti

(BĊE/2000/15)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ l-"Istatut") u b' mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3, 30 u 32 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut, flimkien ma' l-Artikoli 43.1 u 43.4, jipprovdi li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu jiġi provdut mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) ta' l-Istati Membri li addottaw il-munita waħdanija skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej (BĊN parteċipanti) b' assi ta' valuta estera, minbarra l-muniti ta' l-Istati Membri, euro, pożizzjoni ta' riserva ta' l-IMF u drittijiet ta' ġbid speċjali (SDRs), sa ammont ekwivalenti għal EUR 50000 miljun. L-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut jipprovdi oltre li l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jiddeċiedi dwar il-proporzjoni li għandha tissejjaħ mill-BĊE wara l-istabbiliment tiegħu u l-ammonti li għandhom jissejħu f'dati sussegwenti. L-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut jipprovdi oltre li l-BĊE għandu jkollu d-dritt sħiħ li jżomm u jiġġestixxi riservi esteri li huma trasferiti lilu u jużahom għall-iskopijiet stabbiliti fl-Istatut.

(2) L-Artikolu 30.2 ta' l-Istatut, flimkien ma' l-Artikolu 43.6, jipprovdi li l-kontribut ta' kull BĊN parteċipanti għandu jiġi ffissat proporzjonatament għas-sehem tiegħu fil-kapital tal-BĊE sottoskritt mill-BĊN ta' l-Istati Membri mingħajr deroga.

(3) L-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut jipprovdi li kull BĊN għandu jiġi akkreditat bi pretensjoni ekwivalenti għall-kontribut proprju. L-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut jipprovdi oltre li l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jistabilixxi d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta' dawn il-pretensjonijiet.

(4) L-Artikolu 30.6 ta' l-Istatut jipprovdi li l-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandu jieħu l-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 30 ta' l-Istatut.

(5) L-Artikolu 33.2 ta' l-Istatut jipprovdi li f'każ ta' telf imġarrab mill-BĊE, in-nuqqas jista' jiġi tpaċit kontra l-fond ta' riserva ġenerali tal-BĊE u, jekk meħtieġ, kontra d-dħul monetarju tas-sena finanzjarja rilevanti proporzjonatament u sa l-ammonti allokati lill-BĊE parteċipanti skond l-Artikolu 32.5 ta' l-Istatut. Skond l-Artikolu 32.ta' l-Istatut, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE addotta d-Deċiżjoni tat-3 ta' Novembru 1998 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw u telf tal-BĊE għas-snin finanzjarji 1999 sa 2001 [1].

(6) L-Artikolu 32.7 ta' l-Istatut jipprovdi li l-Kunsill Regolatorju ta' l-BĊE għandu jieħu l-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 32 ta' l-Istatut.

(7) L-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut, flimkien ma' l-Artikolu 43.4, jipprovdi li biex tittieħed kwalunkwe deċiżjoni taħt l-Artikolu 30 ta' l-Istatut, il-voti fil-Kunsill Regolatorju tal-BĊE għandhom jintiżnu skond l-ishma tal-BĊN fil-kapital tal-BĊE sottoskritt mill-banek ċentrali ta' l-Istati Membri mingħajr deroga.

(8) Skond l-Artikoli 12.1 u 14.3 ta' l-Istatut, il-Gwidi tal-BĊE jiffurmaw parti integrali tal-liġi Komunitarja,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din il-Linja gwida:

- "kontanti" tfisser il-munita legal ta' l-Istati Uniti (dollaru Amerika) jew tal-Ġappun (yen Ġappuniża),

- "assi ta' valuta estera" tfisser garanziji, deheb jew kontanti,

- "deheb" tfisser fine troy ounces tad-deheb fil-forma ta' London Good Delivery Bars, kif speċifikat fil-,

- "L-Istati Membri parteċipanti" tfisser dawk l-Istati Membri li addottaw il-munita waħdanija fl-1 ta' Jannar 1999 skond it-Trattat,

- "BĊN parteċipanti" tfisser il-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti,

- "garanziji" tfisser kwalunkwe garanziji eliġibbli jew strument finanzjarju kif speċifikat mill-BĊE,

- "perjodu transitorju" tfisser il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 1999 u l-31 ta' Diċembru 2001.

Artikolu 2

It-trasferiment ta' assi ta' valuta estera minn BĊNi parteċipanti

1. Kull NĊB parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE assi ta' valuta estera fi jew denominati f'dollari Amerikani, yen Ġappuniżi u deheb ekwivalenti għall-euro ammonti stabbliti fl-anness ta' din il-Linja gwida.

2. L-ammont ta' dollari Amerikani, l-ammont ta' Yen Ġappuniżi u l-ammont tad-deheb (f'fine troy ounces) ekwivalenti għall-ammonti fl-euro stabbiliti fl-Appendiċi ta' din il-Linja gwida għandhom jiġu kkalkolati a bażi tar-rati ta' skambju bejn l-ecu u d-dollaru Amerikan jew il-yen Ġappuniża stabbilita b' riżultat tal-proċedura tal-konċertazzjoni bit-telekonferenza fil-11.30 a.m., ħin ta' Brussel, fl-31 Diċembru 1998 fost dawk il-banek ċentrali li jipparteċipaw f'tali proċedura u, fil-każ tad-deheb, a bażi tal-prezzjijiet tad-deheb fid-dollaru Amerikan għal kull fine troy ounce stabbilit fil-London gold fixing fl-10.30 a.m., ħin ta' Londra, fil-31 ta' Diċembru 1998. L-ammonti hekk ikkalkolati għandhom jiġu kkonfermati mill-BĊE lill-BĊN parteċipanti mill-aktar fis possibli fil-31 ta' Diċembru 1998.

3. Kull BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE portafoll ta' garanziji u kontanti fi jew denominati f'dollari Amerikani jew yen Ġappuniżi bil-faxex ta' devjazzjoni madwar id-durazzjonijiet modifikati tal-portafolli tal-benchmarks tattiċi kif inhuma speċifikati mill-BĊE, u skond dawk il-limiti ta' kreditu li jiġu speċifikati mill-BĊE.

4. Id-dati li fihom għandom jiġu ttrasferiti l-garanziji u l-kontanti lill-BĊE għandhom jiġu speċifikati mill-BĊE, u wara kull BĊN parteċipanti għandu jagħti istruzzjonijiet għat-trasferiment tal-proprjetá tal-garanziji u għat-trasferiment tal-garanziji u għat-trasferiment tal-kontanti lill-BĊE f'dawn id-dati. Il-valur tal-garanziji kollha għandu jiġi kkalkolati a bażi tal-prezzijiet nominati mill-BĊE, u kull BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi garanziji u kontanti għal dawk il-kontijiet speċifikati mill-BĊE.

5. Kull BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi d-deheb f'dawk id-dati, u lil dawk il-kontijiet u f'dawk il-lokalitajiet li jiġu speċifikati mill-BĊE.

Artikolu 3

Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturita' tal-pretensjonijiet ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet tal-BĊN parteċipanti

1. Il-BĊE għandu jikkredita kull BĊN parteċipanti b'pretensjoni denominata f'ekwivalenti għall-euro għall-ammont aggregat ta' l-euro tal-kontribut ta' kull BĊN parteċipanti ta' assi ta' valuta estera.

2. Il-valuri aggregati ewkivalenti ta' l-euro ta' l-assi ta' valuta estera trasferiti minn kull BĊN parteċipanti għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness ta' din il-Linja gwida.

3. BĊN parteċipanti għandu jiġi effettwat mill-BĊE fuq bażi ta' kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkolu attwali fuq kull 360 jum.

4. Il-pretensjoni għandha tiġi remunerata fl-aħħar ta' kull sena finanzjarja. Il-BĊE għandu jinforma l-BĊN fuq bażi annwali a bażi ta' l-ammonti kumulativi.

5. Il-pretensjonijiet ma jistgħux jiġu mifdija.

Artikolu 4

Reġim Transitorju għat-telf fl-iskambju

1. Kull BĊN parteċipanti għandu jirrinunzja għall-pretensjoni kkreditata lil dak il-BĊN parteċipanti mill-BĊE sa l-estent stabbiliti fil-paragrafi 2 u 4 fil-każ li l-BĊE jġarrab telf mhux realizzat f'kull sena finanzjarja matul il-perjodu transitorju minħabba tnaqqis fil-valur ekwivalenti għall-euro ta' l-assi ta' valuta estera tal-BĊE li jirriżulta biss mir-rata ta' skambju jew tibdil fil-prezzijiet tad-deheb, kemm-il darba tali nuqqas ma jistax jiġi tpaċit skond l-Artikolu 33.2 ta' l-Istatut.

2. Fil-każ ta' telf mhux realiżżat imsemmi fil-paragrafu 1, in-nuqqas li jirriżulta biss minn tali telf għas-sena finanzjarja rilevanti għandu jiġi tpaċit minn kull BĊN parteċipanti billi jirrinunzja parti mill-valur oriġinali tal-pretensjoni proprju li jikkorrispondi għal sehmu tat-telf f'ammont sal-limitu stabbilit fil-paragrafu 4.

3. It-tpaċija tat-telf skond il-paragrafu 2 għandha ssir fuq bażi annwali, flimkien mal-kalkolu tad-dħul monetarju ta' l-SEBĊ għas-sena finanzjarja korrisponenti.

4. Ir-rinunzji għall-valur tal-pretensjoni ta' kull BĊN parteċipanti għandhom jiġu ffissati proporzjonatament għas-sehem ta' kull BĊN parteċipanti fil-kapital tal-BĊE sottoskritt mill-banek nazzjonali ta' l-Istati Membri mingħajr deroga. Il-massimu tar-rinunzji kumulativi għall-valur tal-pretensjoni ta' kull BĊN parteċipanti matul il-perjodu transitorju m' għandux jeċċedi 20 % tal-valur oriġinali tal-pretensjoni.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet finali

Din il-Linja gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri parteċipanti.

Din il-Linja gwida għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iffirmata fi Frankfurt am Main, 3 ta' Novembru 1998, u emendata u approvata għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fis-16 ta' Novembru 2000.

Għan-nom tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 336, tas- 30.12.2000, p. 119.

--------------------------------------------------

Appendiċi

Ammonti ekwivalenti għall-euro ta' assi ta' valuta estera li għandhom jiġu trasferiti minn kull BĊN parteċipanti li l-Istat Membru tiegħu jkun addotta l-munita waħdanija fl-1 ta' Jannar 1999

Bank nazzjonali ċentrali | Ammonti ekwivalenti għall-euro ta' Dollaru Amerikan u yen Ġappuniż garanziji u kontanti | Ammonti ekwivalenti għall-euro ta' deheb | Aggregat ta' l-ekwivalenti għall-euro ammonti ta' riservi barranin assi |

Banque National de Belgique | 1217965000 | 214935000 | 1432900000 |

Deutsche Bundesbank | 10409737500 | 1837012500 | 12246750000 |

Banco de España | 3779737500 | 667012500 | 4446750000 |

Banque de France | 7154322500 | 1262527500 | 8416850000 |

Central Bank of Ireland | 361080000 | 63720000 | 424800000 |

Banca d'Italia | 6330375000 | 1117125000 | 7447500000 |

Banque centrale du Lussemburgu | 63410000 | 11190000 | 74600000 |

De Nederlandsche Bank | 1818150000 | 320850000 | 2139000000 |

Österreichische Nationalbank | 1002745000 | 176955000 | 1179700000 |

Banco de Portugal | 817360000 | 144240000 | 961600000 |

Suomen Pankki | 593725000 | 104775000 | 698500000 |

Total | 33548607500 | 5920342500 | 39468950000 |

--------------------------------------------------

Top