EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2548

Ir-Regolament (KE) Nru 2548/2000 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' Novembru 2000 li jirrigwarda d-disposizzjonijet transitorji għall-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta' l-euro fil-Greċja (BĊE/2000/11)

OJ L 291, 18.11.2000, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Estonian: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Latvian: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Lithuanian: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Hungarian Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Maltese: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Polish: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Slovak: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Slovene: Chapter 10 Volume 001 P. 259 - 260
Special edition in Bulgarian: Chapter 10 Volume 005 P. 16 - 17
Special edition in Romanian: Chapter 10 Volume 005 P. 16 - 17
Special edition in Croatian: Chapter 10 Volume 005 P. 3 - 4

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2548/oj

32000R2548



Official Journal L 291 , 18/11/2000 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament (KE) Nru 2548/2000 tal-Bank Ċentrali Ewropew

tat-2 ta' Novembru 2000

li jirrigwarda d-disposizzjonijet transitorji għall-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew wara l-introduzzjoni ta' l-euro fil-Greċja

(BĊE/2000/11)

IL-KUNSILL REGOLATORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawn taħt msejjaħ l-"Istatut" (u b'mod partikolari għall-Artikolu 19.1 u l-ewwel vers ta' l-Artikolu 47.2 tiegħu, għar-Regolament tal-Kunsill (K.E.) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [1] u għar-Regolament tal-Kunsill (K.E.) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1988 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew biex jimponi sanzjonijiet [2],

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (K.E.) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif ta' statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [3] (BĊE), u b'mod partikolari għall-Artikolu 5(1) u 6 (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament ECB (KE) Nru 2818/98 ta' l-1 ta' Diċmebru 1998 dwar l-applikazzjoni ta' riservi minimi (BĊE/1998/15) [4], kif emendat bir-Regolament BĊE (KE) Nru 1921/2000 [5],

Wara li kkunsidra r-Regolament BĊE (KE) Nru 2819/98 ta' l-1 ta' Diċembru 1998 dwar il-balance sheet konsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji u monetarji (BĊE/1998/16) [6], kif emendat bir-Regolament BĊE (KE) Nru 1921/2000 [7],

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni mill-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1) L-introduzzjoni ta' l-euro fil-Greċja mill-1 ta' Jannar 2001 tinvolvi s-sottomissjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li qegħdin fil-Greċja u friegħi fil-Greċja ta' istituzzjonijiet ta' kreditu għas-sistema tar-riservi minimi ta' l-ESCB sa mill-istess data.

(2) L-integrazzjoni ta' dawn l-entitajiet fis-sistema ta' riservi minimi ta' l-ESCB teħtieġ l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet transitorji sabiex tiżgura l-integrazzjoni bla tfixkil u li ma toħloqx piż żejjed għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti, inkluża l-Greċja.

(3) Iż-żieda tal-Artikolu 5 ta' l-Istatut ma' l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistablixxi l-Komunità Ewropea timplika obbligazzjoni għall-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw fuq livell nazzjonali l-miżuri kollha xierqa biex iwettqu l-ġbir ta' tagħrif ta' statistika meħtieġ sabiex jitwettqu l-ħtiġijiet ta' rapport statistika tal-BĊE u l-preparazzjoni f'waqtha fil-qasam ta' l-istatistika biex huma jsiru Stati Membri partecipanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Disposizzjonijet transitorji

Id-dispożizzjonijiet transitorji għall-applikazzjoni tar-riservi minimi mill-BĊE li jiġu wara l-introduzzjoni ta' l-euro fil-Greċja jinstabu mniżżla fl-Anness għar-Regolament preżenti li għandu jifforma parti integrali minn dan ir-Regolament.

Fl-assenza ta' disposizzjonijet speċifici f'dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2818/98 u (KE) Nru 2819/98 għandhom japplikaw.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Id-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu biss effettivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ewwel perjodi ta' manutenzjoni tas-sena 2001.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-2 ta' Novembru 2000.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 1.

[2] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 4.

[3] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[4] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 1.

[5] ĠU L 229, tad-9.9.2000, p. 34.

[6] ĠU L 356, tat-30.12.1998, p. 7.

[7] Ara nota ta' taħt numru 5.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DISPOSIZZJONIJET TRANSITORJI DWAR L-INTEGRAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET LI QEDHIN FIL-GREĊJA FIS-SISTEMA TA' RISERVA MINIMA TA' L-ESCB

1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu fil-Greċja u friegħi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fil-Greċja (minn issa "l quddiem magħrufa bħala "istituzzjonijiet allokati fil-Greċja") għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġijiet ta' riserva minima mill-1 ta' Jannar 2001. Perjodu ta' manutenzjoni transitorju għall-istituzzjonijet li jinsabu fil-Greċja għandu jseħħ mill-1 ta' Jannar 2001 sat-23 ta' Jannar 2001. Il-perjodu ta' manutenzjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-BĊE (KE) Nru 2818/98, għandhom jibqgħu mhux milquta mill-eżistenza ta' perjodi ta' manutenzjoni transitorji għall-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja."

I. Perjodu ta'manutenzjoni transitorju għall-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja.

2. Il-bażi ta' riserva ta' kull istituzzjoni li tinsab fil-Greċja dwar dan il-perjodu ta' manutenzjoni transitorju għandha tkun definita fir-relazzjoni għall-elementi tal-balance sheet tagħha mit-30 ta' Novembru 2000. Il-bażi ta' riserva għandha tiġi rrapportata minn kull istituzzjoni lill-Bank tal-Greċja qabel il-bidu ta' dan il-perjodu ta' manutenzjoni transitorju skond l-istruttura ta' rapport tal-istatistiċi monetarji u bankarji tal-BĊE, li huma mniżżla fir-Regolament BĊE (KE) Nru 2819/98. Istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja li jibbenifikaw mid-deroga pprovduta bl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2819/98 għandhom jikkalkulaw bażi ta' riserva għall-perjodu ta' manutenzjoni transitorju fuq il-bażi tal-balance sheet tagħhom sa mit-30 ta' Novembru 2000 u jirrappurtaw il-bażi ta' riserva lill-Bank tal-Greċja qabel il-bidu ta' perjodu ta' manutenzjoni transitorju.

3. Dwar il-perjodu ta' manutenzjoni transitorju, ħtiġijiet ta' riserva individwali ta' istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja għandhom jiġu kkalkulati u nnotifikati minn min qiegħed jikkalkula qabel il-bidu tal-perjodu ta' manutenzjoni bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98.

Il-ħtiġijiet ta' riserva kkalkulati għandhom ikunu kkonfermati sa mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' xogħol tan-NCB għall-perjodu ta' manutenzjoni transitorju skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98.

4. Dwar il-perjodu ta' manutenzjoni transitorju, għall-iskopijiet tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98, min qiegħed jagħmel ir-reviżjoni għandu javża lill-parti l-oħra li qiegħda tagħmel ir-reviżjonijiet sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2001. Ir-reviżjonijiet għandhom ikunu rrikonoxxuti mill-parti notifikata sa mhux iżjed tard mis-16 ta' Jannar 2001. Nuqqas ta' reazzjoni min-naħa tal-parti notifikata sas-16 ta' Jannar 2001 għandha tinftiehem bħala li tikkostitwixxi għarfien tal-ħtieġa ta' riserva ta' l-istituzzjoni għall-perjodu ta' manutenzjoni transitorju.

II. Provviżjonijiet transitorji għall-istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti.

5. Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li jibbenefikaw mill-possibiltà li jnaqqsu mill-bażijiet tagħhom ta' riserva, għall-perjodi ta' manutenzjoni mill-24 ta' Diċembru 2000 sat-23 ta' Jannar 2001 u mill-24 ta' Jannar 2001 sat-23 ta' Frar 2001, id-djun obbligati lill-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja mhux imniżżla fil-lista bħala meħlusa mis-sistema ta' riserva minima ta' l-ESCB. L-istituzzjonijiet jistgħu joqgħodu fuq il-listi msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2818/98 meta jiddeċiedu jekk id-djun tagħhom humiex dovuti għal xi istituzzjoni oħra li hija nnifisha tkun suġġetta għall-ħtiġijiet ta' riserva.

6. Istituzzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra parteċipanti u li jixtiequ jibbenefikaw mill-possibiltà li jnaqqsu d-djun dovuti lill-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja għandhom jirrappurtaw għax-xhur ta' Novembru u Diċembru tas-sena 2000 tabella skond in-nota (7) f'qiegħ il-paġna ta' Tabella 1 ta' l-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2819/98 bl-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja billi jkunu meqjusa bħala diġà suġġetti għas-sistema ta' riservi minimi ta' l-ESCB.

Dan hu mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjoni tal-istituzzjonijiet li jirrappurtaw informazzjoni ta' statistika għall-perjodi konċernati skond Tabella 1 tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2819/98, bill jibqgħu jiġu kkunsidrati l-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja bħala banek li jinsabu fil-bqija tad-dinja.

L-iskedi għandhom jkunuu rrapportati skond it-termini ta' żmien u l-proċeduri normali li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2819/98.

7. L-istituzzjoni li tirrapporta u li tibbenefika mid-deroga pprovduta minn l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2819/98 tista' tiddeċiedi li tirrapporta għax-xhur ta' Novembru u Diċembru 2000 skond in-nota ta' taħt (7) ta' Tabella 1 tal-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 2819/98 ma' l-istituzzjonijiet li jinsabu fil-Greċja li huma kkunsidrati bħal diġà suġġetti għas-sistema ta' riservi minimi ta' ESCB.

F'każ bħal dan, il-data relatata ma' Novembru 2000 għandhom jiġu rraportati lin-NCB parteċipanti relevanti sa mhux aktar tard mit-23 ta' Diċembru 2000. Il-bażi ta' riserva ta' l-istituzzjoni kkonċernata għall-perjodi ta' manutenzjoni li jibdew mill-24 ta' Diċembru 2000 u l-24 ta' Jannar 2001 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' data relatata ma' Novembru 2000.

Id-data relatata ma' Diċmebru 2000 għandha tiġi rrappurtata skond il-limiti ta' żmien u proċeduri normali applikabbli għall-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata. Il-bażi ta' riserva ta' l-istituzzjoni kkonċernata għall-perjodi ta' manutenzjoni li jibdew fl-24 ta' Frar, l-24 ta' Marzu u l-24 ta' April 2001 għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' data relatata ma' Diċembru 2000.

--------------------------------------------------

Top