EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004O0020

Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta' Diċembru, 2004 , li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 ta' l- 1 ta' Lulju, 2004 , dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2004/20)

OJ L 385, 29.12.2004, p. 85–86 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 269M, 14.10.2005, p. 148–149 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2004/916/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

148


LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' Diċembru, 2004,

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 ta' l-1 ta' Lulju, 2004, dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali barra l-Unjoni Ewropea, pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali

(BĊE/2004/20)

(2004/916/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 12.1, l-Artiklu 14.3 u l-Artiklu 23,

Billi:

(1)

Il-klijenti li lihom jingħatawlhom servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva mill-Ewrosistema skond il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 huma pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea, banek ċentrali jew awtoritajiet monetarji barra l-Unjoni Ewropea, u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(2)

Minħabba żviluppi riċenti u aktar evalwazzjoni, il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li jkun ta' siwi li jwessa' id-definizzjoni ta' klijent biex tinkludi wkoll l-iStati Membri li m'adottawx l-euro u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom (BĊNi). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 għandha għalhekk tiġi emendata.

(3)

Skond l-Artiklu 12.1 u l-Artiklu 14.3 ta' l-iStatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunita`,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/13 hija emendata kif ġej:

1.

It-titlu huwa sostitwit b' li ġej:

“Linja ta' Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l-1 ta' Lulju, 2004, dwar il-forniment mill-Ewrosistema ta' servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva fil-euro lill-banek ċentrali u pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali (BĊE/2004/13)”.

2.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel subinċiż huwa sostitwit b' li ġej:

“‘kull tip ta' tranżazzjonijiet bankarji’ għandhom jinkludu l-forniment ta' servizzi mill-Ewrosistema dwar l-immaniġġjar tar-riżerva lill-banek ċentrali u lill-pajjiżi li jinsabu barra ż-żona tal-euro u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment tar-riżervi ta' dawn il-banek ċentrali, pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali,”.

(b)

Ir-raba' subinċiż huwa sostitwit b' li ġej:

“‘klijent’ għandha tfisser kwalunkwe pajjiż (inklużi kwalunkwe awtorita` pubblika jew aġenzija tal-gvern), kwalunkwe bank ċentrali jew awtorita` monetarja li jinsabu barra ż-żona tal-euro, jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali, li lilhom jingħatawlhom servizzi dwar l-immaniġġjar tar-riżerva ta' l-Ewrosistema minn membru ta' l-Ewrosistema,”.

(c)

L-aħħar subinċiż huwa rrevokat.

3.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness ma' din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Diċembru, 2004.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-iStati Membri li adottaw il-euro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fis-16 ta' Diċembru, 2004.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Top